Jekk tixtieq taqsam magħna xi kurżità, storja jew leġġenda li għandha valur ta’ wirt Kalkariż għamel kuntatt magħna. Grazzi.
Il-Kalkara skont iċ-ċensiment tal-2021
Għall-ħabta tal-1733 il-Patrijiet Kapuċċini Maltin li kienu ilhom għal 145 sena jagħmlu parti mill-Provinċja ta’ Sirakuża fi Sqallija, ħassew li kien wasal iż-żmien li jiffurmaw kustodja għalihom taħt il-Ġeneral tal-Ordni. Dan aċċetta din it-talba bil-kundizzjoni li huma jibnu żewġ kunventi oħra fil-gżejjer Maltin. Il-Patrijiet Maltin laqgħu din l-isfida u tliet snin wara poġġew l-ewwel ġebla tal-Kunvent tal-Kalkara u sena wara … agħfas biex taqra izjed
Santa Liberata: 270 sena fostna
Iċ-ċensiment tal-2021 – In-numru ta’ rġiel li jgħixu l-Kalkara jammonta għall-1,618 fejn 203 minnhom huma barranin. L-età medja ta’ rġiel li jgħixu l-Kalkara hi ta’ 42.3 snin. In-numru ta’ nisa li jgħixu l-Kalkara jammonta għall-1,487 fejn 109 minnhom huma barranin. L-età medja ta’ nisa li jgħixu l-Kalkara hi ta’ 45.1 sena. L-età medja Kalkariża hi ta’ 43.7 snin filwaqt dik tad-Distrett tan-Nofsinhar tal-Port… agħfas biex taqra izjed
Il-Batterija ta’ San Pietru fil-Kalkara
Il-Batterija ta’ San Pietru hija batterija ta’ l-Artillerija Brittanika Kontra l-Ajruplani, mibnija u użata mill-Imperu Ingliż għad-difiża ta’ Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija. Il-batterija kienet armata b’erbgħa kanuni QF ta’ 4.5 pulzieri f’formazzjoni semi-ċirkolari. F’kull post fejn jitqiegħdu dawn il-kanuni kien jinkludi 3 kontenituri għall-munizzjon tal-konkrit u akkomodazzjoni jew kenn għall-ekwipaġġ taħt l-art. Il-kanun ta ’4.5 pulzieri ta’ kontra… agħfas biex taqra izjed
The Malta and Mediterranean Gas Company
Il-gass kien il-bidu tal-kummerċ estensiv tal-faħam f‘Malta. Fl-1854 il-Malta and Mediterranean Gas Company ingħatat konċessjoni ta‘ 99 sena biex twaqqaf impjanti fil-Kalkara u l-Marsa biex tipproduċi gass tal-faħam għat-tisħin, dawl u tisjir. Ix-xogħlijiet fil-Kalkara ma kinux popolari u l-Kumpanija, miċħuda sit f‘Għajn Dwieli, ikkonċentrat fuq l-impjant ta’ Xatt tal-Mitħna fil-Marsa, filwaqt li dak tal-Kalkara kien jintuża għall-ħażna tal-gass fejn eventwalment ġie abbandunat… agħfas biex taqra izjed
L-Erwieħ ta’ Wied Għammieq
Deħlin fix-xahar ta’ Novembru, ix-xahar tal-Mejtin. Xieraq għalhekk, li nidħaddtu fuq xi suġġett li għandu x’jaqsam magħhom. U għażilt l-Erwieħ ta’ Wied Għammieq. Niftakar meta kont tfajjel, kultant ommi kienet tagħmel xi wegħda li tmur tinvisthom, kemm -il darba jaqalgħula xi grazzja kbira minn għand Alla. Meta kienet taqla’ l-grazzja mitluba, kienet tagħżel l-ewwel Tnejn tax-xahar – jum dedikat għal dawk l-erwieħ – u konna mmorru l-familja kollha, jew sal-Birgu bil-lanċa… agħfas biex taqra izjed
Il-villa u l-ġonna fil-bajja tar-Rnella
Il-familja Bichi, fl-imgħoddi sidien ta’ bosta artijiet fil-Kalkara, kienet tikri partijiet mill-art fuq l-għolja tas-Salvatur lil terzi persuni fejn kienu jinbnew djar żgħar bil-ġonna fil-madwar. Nhar it-2 ta’ Novembru 1744, ċertu Carlo Zammit mil-Belt Valletta talab permess biex jirranġa dar antika u jibni tnejn oħra fit-tliet ġonna li hu kellu fi Triq San Salvatore bejn iż-żewġ fortifikazzjonijiet ta’ Borgo u Ricasoli. Il-kummissarju tal-fortifikazzjonijiet fir-rapport tiegħu saħaq li… agħfas biex taqra izjed
HMS Hythe
F’opportunità li darba kelli biex inżur Hythe Town Hall ġewwa Kent, għall-ħabta ta’ nofsinhar, fil-kamra prinċipali, pjuttost moħbi kien hemm ritratt żgħir ta’ vapur navali. Ovvjament mort biex nispezzjonah, u għaraft li l-vapur J194 kien sorġut fil-moll tat-Tarzna fil-Port il-Kbir ta’ Malta. Għal raġunijiet ovvji interessajt ħafna ruħi, staqsejt dwaru, iżda l-persuna li tieħu ħsieb il-post ma kienx jaf għala r-ritratt kien imqiegħed f’dak l-imkien. Għalhekk mort infittex ta’ malajr… agħfas biex taqra izjed
Tislima lill-Kalkara
Jimraħ il-ħsieb f’art għammiela, imdaqqsa, magħżula u mfissda mill-ħallieq bl-isbaħ ilwien naturali. Blat samm, ramel tafli, ħamrija għammiela, widien miżgħuda b’siġar u fjuri, ħlejqiet indiġeni u mrawma, daħliet kennija minn baħar lubien xi żmien aħrax u bla ħniena. Iċ-ċafċifa tal-mewġa mal-pruwa tal-kajjik, il-korla tal-ħalel mal-blat mhux mittiefes. Il-kenn tal-ewwel baħħara li lemħu art dehbiena fuq ix-xefaq. Ħawtiela maż-żmien sawru rħajjel mibni fuq il-biedja u s-sajd… agħfas biex taqra izjed
Il-Banjijiet ta’ Bighi
Matul il-kosta taħt dak li kien l-isptar Bighi, insibu bħal kmamar żgħar iżda tawwalin bis-saqaf fit-tond. Preżentement hemm b’kollox erba’ banjijiet minn sitta li jinsabu fi stat ta’ telqa u l-maġġoranza tagħhom ikkundannati. Ftit huma dawk in-nies li jafu għaliex servew u b’liema sistema dawn kienu jiġu mħaddma. Mill-pjanta datata 22 ta’ Mejju 1876 ninnutaw li dawn il-binjiet inbnew speċifikament u unikament għal persuni differenti: l-uffiċjali tat-tarzna, għall-użu tal-isptar… agħfas biex taqra izjed
‘It-Taraġ’ fir-Roundabout tar-Rnella
It-Taraġ huwa xogħol artistiku pubbliku maħluq biex joħloq dibattitu soċjali: l-iskultur ried li jiġbed l-udjenza pubblika ġenerali u mhux dik li s-soltu naraw f’mużewijiet jew gallariji tal-arti. It-Taraġ jirrifletti s-soċjetà preżenti tagħna, l-istruttura tal-ħadid tirrifletti s-soċjetà magħquda b’saħħitha tagħna u l-akkwisti tagħha fl-aħħar ħamsin sena, iċ-ċangaturi tal-konkrit huma rappreżentattivi tal-ġlidiet u l-formazzjonijiet storiċi ta’ Malta. Il-qasma taż-żewġ materjali… agħfas biex taqra izjed
L-Arbli tar-Rnella
L-arbli twal li jinsabu fil-Bajja tar-Rnella kienu għal bosta snin jitqiesu bħala l-landmark tal-Kalkara. Minħabba li matul is-seklu li għadda, is-seklu 20, kien ivvintat it-telegrafu, is-Servizzi Ingliżi kienu minnufih ħasbu li fil-bażi ta’ difiża li kellhom fil-gżira tagħna jistabbilixxu stazzjon b’dan l-għan u għalhekk kien magħżul il-post fil-Kalkara magħruf bħala l-Wied tar-Rnella. F’dan il-wied ma kienx hemm bini, kien għeri, tant li l-Gvern Kolonjali kien stabbilixxa fil-post maħżen tal-porvli… agħfas biex taqra izjed
Iċ-Ċimiterju Navali tal-Kalkara
Dan iċ-ċimiterju kwiet huwa miżmum mill-Kummissjoni tal-Oqbra tal-Gwerra tal-Commonwealth u huwa l-post fejn hemm jistrieħu għal dejjem aktar minn 1,000 vittma taż-żewġ Gwerer Dinjija flimkien ma’ ħafna aktar oqbra ċivili. Il-maġġoranza tad-dfin li sar mill-Commonwealth huma mmarkati fuq imfakar ċatti fejn hemm fuqhom ħafna ismijiet minħabba l-art baxxa u l-blat iebes li hawn f’Malta. Mall-ħajt ta’ wara taċ-ċimiterju wieħed isib il-mafkar Navali Ġappuniż imqiegħed bejn is-siġar… agħfas biex taqra izjed
Eżekuzzjonijiet marzjali u militari f’Malta: Il-Każ ta’ Gunner John Edwards, Royal Artillery
Nhar id-19 ta’ Diċembru 1861, il-Qorti Marzjali Militari imlaqqha fil-Kwartieri Ġenerali tal-Armata Britannika ġewwa l-Berġa ta’ Kastilja fil-Belt Valletta, sabet l-artillier Nru. 554 John Edwards ħati ta’ attentat ta’ qtil. L-inċident kien seħħ fil-misraħ tal-kwartieri fil-Forti Sant Iermu, il-post fejn Edwards, li kien membru tat-3 Brigata tar-Royal Artillery, fejn kien stazzjonat. Għal raġuni mhux magħrufa Edwards spara tir ta` ixkubetta fuq il-Kaptan u Ajutant Edward Keate, membru tal-istess Brigata, waqt… agħfas biex taqra izjed
Djarju tal-Kalkara fil-Gwerra
Din is-sena jaħbat is-sitta u sebgħin sena anniversarju mit-tiġrif tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara. Madankollu, ma kienetx biss id-data tal-10 ta’ April 1942 li ġerrħet lil dan ir-raħal fil-Port il-Kbir ta’ Malta. Propju minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu u anki l-imkejjen Brittanniċi li kienu jinsabu ġo fih, kienu bosta dawk l-attakki li saru u li ħallew il-marka tagħhom. Kien b’dan il-ħsieb li qiegħed nirriproduċi f’din is-sit djarju dettaljat ta’ dak li seħħ f ’ġranet differenti fl-eqqel tat-Tieni Gwerra … agħfas biex taqra izjed
Is-Salib tal-Kalkara
Kien żmien l-Assedju l-Kbir ta’ Malta meta l-Misilmin imexxija minn Dragut rifsu l-art u bdew jattakkaw lill-Maltin u lill-Kavallieri. Il-Musulmani kienu ħakmu taħt idhom il-Kalkara, dak iż-żmien aktar magħrufa bħala ‘Tas-Salvatur’ għar-raġuni li fl-inħawi kien hemm kappella idedikata lis-Salvatur. Il-Kalkara kien l-iżjed post idejali sabiex ikunu jistgħu jattakkaw lill-Kavallieri peress li dawn kienu qed jattakkaw lura minn wara l-forti tal-Birgu. Waqt l-attakki l-Misilmin kienu jinħbew… agħfas biex taqra izjed
Sejba ta’ Ħaġar Eġizzjan fil-Kalkara
Nhar is-27 ta’ Ottubru 1830, il-propjetà li kienet tikkonsisti minn żewġ djar bin-numri 22 u 25 fuq l-għolja tas-Santissimu Salvatur inxtrat mingħand Salvatore Pirotti, bl-ewwel dar għal 1950 skud u l-oħra 1202 skud. Pjanti li kienu saru minn Giuseppe Bonavia u Salvatore Xerri xi snin qabel ma nstabux, iżda mid-deskrizzjoni u l-post li ssemmha fl-Atti Nutarili nistgħu nassumu li dawn kienu r-residenzi li ngħataw lill-Ammirall, lis-Segretarju tal-Kirurgu, lill-Monsinjur u lis-Surġent tal-Kwartieri… agħfas biex taqra izjed
It-Teżor ġewwa Forti Ricasoli
Xi żmien wara l-Assedju l-Kbir, ir-rebħa tal-Maltin flimkien mal-Kavallieri ta’ San Ġwann Ospidalieri kontra t-Torok, meta l-fortijiet u s-swar ma tanx kienu qegħedin jintużaw, il-Kavallieri kienu jħallu xi nies biex jgħassu dawn il-postijiet speċjalment bil-lejl. Darba fost l-oħrajn, għassies li kien jaħdem fil-forti Ricasoli, kien qed jieħu nagħsa bil-moħbi f’nofs ta’ lejl sieket. Qajla kien jinqala’ għawġ dik il-ħabta għalhekk għassies wieħed biss kien ikun dejjem biżżejjed. F’ħin minnhom, iqum maħsud … agħfas biex taqra izjed