Kitba estratta mill-pubblikazzjoni ‘Census of Population and Housing 2021 – Volume 2 u Volume 3′ maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Malta
Residenzi fil-Kalkara
Il-Kalkara tinsab fid-dsatax-il post fost l-irħula u bliet bl-linqas abitazzjonijiet min Malta u Għawdex.
Tip ta’ Residenzi | Residenzi Prinċipali | Residenzi sekondarji, staġjonali u/jew vojta | Total |
Ammont | 1,230 (75.4%) | 401 (24.6%) | 1,631 (100%) |
Fost dawk ir-residenzi prinċipali, ċ-ċittadinanza ta’ dawk li jgħixu fihom, 1,060 huma Maltin, 136 huma barranin filwaqt li 34 huma kemm Maltin kif ukoll barranin. Dawn huma l-ammonti ta’ residenzi mibnija matul iż-żminijiet:
Residenzi prinċipali | 1918 jew qabel | 1919-1945 | 1946-1960 | 1961-1980 | 1981-2000 | 2001-2010 | 2011-2015 | 2016 jew wara | Total |
Ammont | 83 | 95 | 107 | 150 | 345 | 148 | 117 | 185 | 1,230 |
L-istatus ta’ residenzi prinċipali fil-Kalkara
Fost dawk ir-residenzi prinċipali, l-maġġoranza huma dawk residenzi ħielsa li jammontaw għal 828, dawk bil-kera tal-art jew miżmuma minn enfitewsi jammontaw għal 90. Dawk bil-kera tal-binja biss jammontaw għal 195 filwaqt li dawk bil-kera tal-binja kif ukol tal-għamara jammontaw għal 107. Dawk ir-residenzi li qed jospitaw nies bla ħlas jammontaw għal 10.
Fost ir-residenzi prinċipali, 83.3% (1,024) jagħmlu użu minn arja kkundizzjonata filwaqt li 1.2% (15) biss jagħmlu użu minn sistema ċentrali li ssaħħan. 13.3% (164) jagħmlu użu minn pannelli solari filwaqt li 7.2% (88) jagħmlu użu minn Solar water heater. 39.1% (481) tar-residenzi għandhom bir u 9.1% (112) jagħmlu użu minn filtrazzjoni tal-ilma. 85.8% (1,055) għandhom l-internet.
It-tipi u ammonti ta’ residenzi fil-Kalkara, kemm prinċipali kif ukoll sekondarji jew vojta:
Tip ta’ Residenzi | Dar tradizzjonali | Dar Semi/Fully‐detached | Mezzanin | Appartament | Oħrajn |
Ammont | 443 | 62 | 399 | 679 | 48 |
Il-kundizzjoni ta’ residenzi fil-Kalkara, kemm prinċipali kif ukoll sekondarji jew vojta:
Stat | Stat tajjeb | Bżon ta’ tiswijiet żgħar | Bżon ta’ tiswijiet moderati | Bżon ta’ tiswijiet kbar/dilapitati | Vojta |
Ammont | 1,164 | 278 | 128 | 46 | 15 |
L-edukazzjoni, litteriżmu u x-xogħol
Il-popolazzjoni tal-Kalkara minn età ta’ 5 snin u aktar skond il lingwi prinċipali mitkelma minn età żgħira:
Malti | Ingliż | Taljan | Ġermaniż | Franċiż | Għarbi | Oħrajn | Total |
2,602 | 91 | 3 | 2 | xejn | 1 | 2 | 2,701 |
Litteriżmu u illitteriżmu fost il-popolazzjoni tal-Kalkara minn 10 snin u aktar:
Għalkemm il-Kalkara tinsab 0.4% taħt il-medja fil-litteriżmu f’Malta, il-Kalkara għandha r-raba’ l-għola ta’ litteriżmu u 2% għola ta’ litteriżmu fid-distrett tan-Nofsinhar tal-Port.
Litteriżmu | Illitteriżmu | Total |
2,744 (95.3%) | 135 (4.7%) | 2,879 (100%) |
L-istatus tal-popolazzjoni tal-Kalkara minn 15 -il sena u aktar:
Impjegati | Qiegħda | Inattivi | Total |
1,640 | 38 | 1,062 | 2,740 |
Minn dawk impjegati, il-ħaddiema Kalkariżi jaħdmu f’dawn il-postijiet:
Nofsinhar tal-Port | Tramuntana tal-Port | Ilvant | Il-Punent | It-Tramuntana | Għawdex u Kemmuna | Mid-dar | Mhux f’post fiss | Barra minn Malta | Total |
577 | 446 | 201 | 58 | 91 | xejn | 64 | 199 | 74 | 1,640 |