Proġetti

maltese english

sigar postcard

Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara

Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara, huwa proġett bl-għan li jiċċelebra l-identità soċjokulturali, l-istorja u l-memorja kollettiva tal-Kalkara. Wara proċess ta’ ko-kreazzjoni, li beda f’Jannar 2020 u dam għal għaxar xhur, numru ta’ membri mill-komunità Kalkariża jirrakuntaw l-istejjer u l-esperjenzi tar-raħal waqt li jaqsmu l-ħiliet u s-snajja’ tagħhom bħala parti minn mixja esperjenzali miftuħa għall-pubbliku – b’mod speċjali għall-familji interġenerazzjonali…agħfas biex taqra iżjed


sigar postcard

L’speċi ta’ siġar li tħawlu fil-Kalkara

L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara bl-għajnuna tal-organizzazzjoni volontarja Saġġar, nhar is-Sibt 30 ta’ Novembru 2019 ħadet ħsieb li jitħawlu 75 siġra indiġena Maltija f’inħawi differenti tal-Kalkara. Il-ħidma wara din l-inizjattiva bdiet diversi xhur ilu meta l-Assoċjazzjoni uriet il-ħsieb li jitħawlu siġar f’żoni b’ħamrija li kienu vojta. L-organizzazzjoni Saġġar, li preżentement qegħdha tikkordina proġett nazzjonali ta’ din ix-xorta, mal-ewwel laqgħet dan l-appell…agħfas biex taqra iżjed


request for quote header

SEJĦA MIFTUĦA – Għaddi

No. AWK/GLX/001/2019

Speċifikazzjonijiet: Aqsam is-sengħa u l-ħiliet tiegħek
Data tal-Għeluq: It-Tlieta 31 ta’ Diċembru 2019, f’nofs in-nhar.
Qegħdin infittxu nies mill-Kalkara biex jingħaqdu magħna…agħfas biex taqra iżjed


progett salib header

Il-Proġett tas-Salib tal-Kalkara

Il-ħsieb biex fil-Kalkara jerġa’ jinbena s-Salib tal-Assedju l-Kbir li sfortunatament intilef bosta snin ilu, ġie diskuss mill-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara fil-laqgħa numru 5 li saret nhar it-Tnejn 30 ta’ Ottubru 2017. Minn hawn bdiet ħidma biex jinstabu aktar ritratti li fihom jidher dan is-salib, li iżda rriżultat kważi fix-xejn. Minn naħa l-oħra bdew jinġiebu xi stimi biex issir din il-ħidma, speċjalment dik ta’ skultura fil-ġebla. Il-Kumitat wera x-xewqa li ladarba jsir, dan is-salib jitqiegħed fi pjazzetta li tinsab fi Triq ir-Rnella…agħfas biex taqra izjed


request for quote header

REQUEST FOR QUOTATION

No. AWK/GLX/001/2019

Specifications: Conservation of a Hand Embroidered Antependium
Closing Date: Friday 5th July 2019, at noon
Click here to read more