Kitba estratta mill-pubblikazzjoni ‘Census of Population and Housing 2021 – Volume 1′ maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Malta
Il-popolazzjoni tal-Kalkara matul iż-żminijiet
Is-sena | 1921 | 1931 | 1948 | 1957 | 1967 | 1985 | 1995 | 2005 | 2011 | 2021 |
Popolazzjoni | 1,698 | 1,899 | 2,068 | 2,101 | 1,945 | 2,086 | 2,833 | 2,882 | 2,946 | 2,740 |
Iċ-ċensiment tal-2021
In-numru ta’ rġiel li jgħixu l-Kalkara jammonta għall-1,618 fejn 203 minnhom huma barranin. L-età medja ta’ rġiel li jgħixu l-Kalkara hi ta’ 42.3 snin.
In-numru ta’ nisa li jgħixu l-Kalkara jammonta għall-1,487 fejn 109 minnhom huma barranin. L-età medja ta’ nisa li jgħixu l-Kalkara hi ta’ 45.1 sena.
L-età medja Kalkariża hi ta’ 43.7 snin filwaqt dik tad-Distrett tan-Nofsinhar tal-Port (li l-Kalkara tinsab fih) hi ta’ 43.4 snin, dan l-istess distrett huwa t-tieni l-ixjeħ wara dak ta’ Għawdex. L-età medja ta’ Malta hi 41.7 snin.
Il-popolazzjoni Kalkariża skont l-età
Età bejn | 0-9 | 10-19 | 20-29 | 30-39 | 40-49 | 50-59 | 60-69 | 70-79 | 80-89 | iżjed minn 89 |
Irġiel | 128 | 154 | 202 | 253 | 244 | 210 | 241 | 146 | 39 | 1 |
Nisa | 98 | 121 | 186 | 211 | 199 | 218 | 225 | 160 | 63 | 6 |
Total | 226 | 275 | 388 | 464 | 443 | 428 | 466 | 306 | 102 | 7 |
In-numru ta’ nisa huwa ikbar minn dak tal-irgiel fil-gruppi ta’ etajiet 50-59, 70-79, 80-89 u dawk ta’ iżjed min 89 -il sena.
Il-Proporzjon ta’ dipendenza (is-somma tal-popolazzjoni ta’ bejn 0‐14 u 65+ bħala perċentwal tal-popolazzjoni tal-età tax-xogħol, li hi 15‐64) hi ta 46.7%, dan il-perċentwal huwa eżatt bħal dak ta’ Malta. Il-Proporzjon ta’ dipendenza Kalkariża tal-età ta’ 65+ hija ta’ 29.5% fejn dak ta’ Malta hu ta’ 27.6%.
Il-Kalkara għanda kobor ta’ 1.76 kilometri kwadri, il-popolazzjoni Kalkariżi kull kilometru kwadru hi ta’ 1,765. Meta mqabbla mat-tliet ibliet tal-Kottonera li flimkien jammontaw għall-1.59-il kilometru kwadru b’popolazzjoni ta’ 23,857, il-Kalkara hija l-ikbar post bħala żona iżda l-iżgħar bħala densità.
Il-popolazzjoni Kalkariża skont l-oriġini razzjali
Oriġini razzjali | Bojod | Ażjatiċi | Arab | Afrikani | Ispaniċi jew Latini | Iżjed min oriġini wieħed | Total |
Ammont ta’ nies | 2,975 | 58 | 16 | 12 | 17 | 27 | 3,105 |
Il-popolazzjoni Kalkariża skont ir-Reliġjon
Reliġjon | Kattoliċi Rumani | Iżlamiċi | Ortodossi | Ħindu | Church of England | Protestanti | Buddiżmu | Lhud | Oħrajn | Atei | Total |
Ammont ta’ nies | 2,487 | 56 | 21 | 4 | 26 | 16 | 13 | 7 | 5 | 105 | 2,740 |