Growing up in post-WWII Kalkara
Extract by Manuel CashaI was born at the very end of World War II, when Malta was starting its healing from the huge destruction the war had inflicted upon it. I was born in Birgu where my faded early impressions are of buildings, broken houses, and bomb craters which could be as deep as twenty feet and one had to be careful not to fall into, at the cost of life or limb.As my family’s house in Birgu was close to the Dockyards, it was unsafe to live in, after the air raid damage it endured during the war, but…
Il-Kalkara skont iċ-ċensiment tal-2021 (it-tieni parti)
Kitba estratta mill-pubblikazzjoni ‘Census of Population and Housing 2021 – Volume 2 u Volume 3′ maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ MaltaResidenzi fil-KalkaraIl-Kalkara tinsab fid-dsatax-il post fost l-irħula u bliet bl-linqas abitazzjonijiet min Malta u Għawdex.Fost dawk ir-residenzi prinċipali, ċ-ċittadinanza ta’ dawk li jgħixu fihom, 1,060 huma Maltin, 136 huma barranin filwaqt li 34 huma kemm Maltin kif ukoll barranin. Dawn huma l-ammonti ta’ residenzi mibnija matul iż-żminijiet:L-istatus ta’ residenzi prinċipali fil-KalkaraFost dawk ir-residenzi prinċipali, l-maġġoranza huma dawk residenzi ħielsa li jammontaw għal 828, dawk bil-kera tal-art jew miżmuma minn enfitewsi jammontaw għal 90. Dawk bil-kera tal-binja biss jammontaw għal…
Il-Kalkara skont iċ-ċensiment tal-2021
Kitba estratta mill-pubblikazzjoni ‘Census of Population and Housing 2021 – Volume 1′ maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ MaltaIl-popolazzjoni tal-Kalkara matul iż-żminijietIċ-ċensiment tal-2021In-numru ta’ rġiel li jgħixu l-Kalkara jammonta għall-1,618 fejn 203 minnhom huma barranin. L-età medja ta’ rġiel li jgħixu l-Kalkara hi ta’ 42.3 snin. In-numru ta’ nisa li jgħixu l-Kalkara jammonta għall-1,487 fejn 109 minnhom huma barranin. L-età medja ta’ nisa li jgħixu l-Kalkara hi ta’ 45.1 sena.L-età medja Kalkariża hi ta’ 43.7 snin filwaqt dik tad-Distrett tan-Nofsinhar tal-Port (li l-Kalkara tinsab fih) hi ta’ 43.4 snin, dan l-istess distrett huwa t-tieni l-ixjeħ wara dak ta’ Għawdex. L-età…
Santa Liberata: 270 sena fostna
Kitba tal-Kav. Duncan BrincatGħall-ħabta tal-1733 il-Patrijiet Kapuċċini Maltin li kienu ilhom għal 145 sena jagħmlu parti mill-Provinċja ta’ Sirakuża fi Sqallija, ħassew li kien wasal iż-żmien li jiffurmaw kustodja għalihom taħt il-Ġeneral tal-Ordni. Dan aċċetta din it-talba bil-kundizzjoni li huma jibnu żewġ kunventi oħra fil-gżejjer Maltin. Il-Patrijiet Maltin laqgħu din l-isfida u tliet snin wara poġġew l-ewwel ġebla tal-Kunvent tal-Kalkara u sena wara dak ta’ Għawdex. Wara ħolma li kellu, Ġużeppi Valerio Abela, irregala biċċiet ta’ art li kellu fil-Kalkara, fl-inħawi magħrufa bħala ‘tal-Għassieli’ 459 metru ’l bogħod mis-sur tas-Salvatur, lill-Patrijiet Kapuċċini biex fuqha jwaqqfu Knisja u Kunvent. Dan il-benefattur…
Il-Batterija ta’ San Pietru fil-Kalkara
Kitba minn Maltascapes, Maltaramc u Maltagc70 Il-Batterija ta’ San Pietru hija batterija ta’ l-Artillerija Brittanika Kontra l-Ajruplani, mibnija u użata mill-Imperu Ingliż għad-difiża ta’ Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija. Il-batterija kienet armata b’erbgħa kanuni QF ta’ 4.5 pulzieri f’formazzjoni semi-ċirkolari. F’kull post fejn jitqiegħdu dawn il-kanuni kien jinkludi 3 kontenituri għall-munizzjon tal-konkrit u akkomodazzjoni jew kenn għall-ekwipaġġ taħt l-art. Il-kanun ta ’4.5 pulzieri ta’ kontra l-ajruplani kien adozzjoni tal-kanun Navali ta’ 4.5 pulzieri, u fl-1938 dan il-kanun ta’ kontra l-ajruplani ġie approvat għas-servizz fuq l-art. Xi kanuni kienu mgħammra b’tarka rqieqa tal-azzar u kienu jitqiegħdu ħdejn il-kosta biex jintużaw għar-rwol doppju; dak…
The Malta and Mediterranean Gas Company
Kitba min The Malta Grand Harbour and its Dockyard ta’ Joseph Bonnici u Michael Cassar Il-gass kien il-bidu tal-kummerċ estensiv tal-faħam f’Malta. Fl-1854 il-Malta and Mediterranean Gas Company ingħatat konċessjoni ta’ 99 sena biex twaqqaf impjanti fil-Kalkara u l-Marsa biex tipproduċi gass tal-faħam għat-tisħin, dawl u tisjir. Ix-xogħlijiet fil-Kalkara ma kinux popolari u l-Kumpanija, miċħuda sit f’Għajn Dwieli, ikkonċentrat fuq l-impjant ta’ Xatt tal-Mitħna fil-Marsa, filwaqt li dak tal-Kalkara kien jintuża għall-ħażna tal-gass fejn eventwalment ġie abbandunat. L-impjant tal-Marsa kien fih żewġ tankijiet kbar tal-gass u biswithom żona fejn jinħażen il-faħam b’kapaċità ta’ aktar minn 7,000 tunnellata. Fl-1894 l-elettriku ħa post il-gass għall-mixgħela…
L-Erwieħ ta’ Wied Għammieq
Artiklu meħud minn “Leħen is-Sewwa” – Is-Sibt 1 ta’ Novembru, 1975, kitba ta’ Mons. Prof. A. Bonnici Deħlin fix-xahar ta’ Novembru, ix-xahar tal-Mejtin. Xieraq għalhekk, li nidħaddtu fuq xi suġġett li għandu x’jaqsam magħhom. U għażilt l-Erwieħ ta’ Wied Għammieq. Niftakar meta kont tfajjel, kultant ommi kienet tagħmel xi wegħda li tmur tinvisthom, kemm -il darba jaqalgħula xi grazzja kbira minn għand Alla. Meta kienet taqla’ l-grazzja mitluba, kienet tagħżel l-ewwel Tnejn tax-xahar – jum dedikat għal dawk l-erwieħ – u konna mmorru l-familja kollha, jew sal-Birgu bil-lanċa, imbagħad konna nimxuha sa Wied Għammieq, limiti tal-Kalkara, jew sal-Irnella bid-dgħajsa, imbagħad konna ninżlu…
Il-villa u l-ġonna fil-bajja tar-Rnella
Il-familja Bichi, fl-imgħoddi sidien ta’ bosta artijiet fil-Kalkara, kienet tikri partijiet mill-art fuq l-għolja tas-Salvatur lil terzi persuni fejn kienu jinbnew djar żgħar bil-ġonna fil-madwar. Nhar it-2 ta’ Novembru 1744, ċertu Carlo Zammit mil-Belt Valletta talab permess biex jirranġa dar antika u jibni tnejn oħra fit-tliet ġonna li hu kellu fi Triq San Salvatore bejn iż-żewġ fortifikazzjonijiet ta’ Borgo u Ricasoli. Il-kummissarju tal-fortifikazzjonijiet fir-rapport tiegħu saħaq li l-applikant akkwista l-art mingħand il-familja nobbli ta’ Bichi fuq kiri perpetwu. Il-permess għall-bini ngħatalu fid-9 ta’ Novembru. L-istess Zammit nhar l-1 ta’ Awissu 1746 talab biex jitħalla jżid karma ma’ waħda mill-kmamar mibnija…
HMS Hythe
Kitba ta’ Giovanni NavarroF’opportunità li darba kelli biex inżur Hythe Town Hall ġewwa Kent, għall-ħabta ta’ nofsinhar, fil-kamra prinċipali, pjuttost moħbi, kien hemm ritratt żgħir ta’ vapur navali. Ovvjament mort biex nispezzjonah, u għaraft li l-vapur J194 kien sorġut fil-moll tat-Tarzna fil-Port il-Kbir ta’ Malta. Għal raġunijiet ovvji interessajt ħafna ruħi, staqsejt dwaru, iżda l-persuna li tieħu ħsieb il-post ma kienx jaf għala r-ritratt kien imqiegħed f’dak l-imkien. Għalhekk mort infittex ta’ malajr fuq Google biex nistabbilixxi l-identità tal-bastiment tat-tip J194, u irriżulta li kien HMS Hythe,…
Tislima lill-Kalkara
Kitba tal-Kav. Duncan Brincat Ippreżentata nhar it-Tlieta 10 ta’ Diċembru 2019Jimraħ il-ħsieb f’art għammiela, imdaqqsa, magħżula u mfissda mill-ħallieq bl-isbaħ ilwien naturali. Blat samm, ramel tafli, ħamrija għammiela, widien miżgħuda b’siġar u fjuri, ħlejqiet indiġeni u mrawma, daħliet kennija minn baħar lubien xi żmien aħrax u bla ħniena. Iċ-ċafċifa tal-mewġa mal-pruwa tal-kajjik, il-korla tal-ħalel mal-blat mhux mittiefes. Il-kenn tal-ewwel baħħara li lemħu art dehbiena fuq ix-xefaq. Ħawtiela maż-żmien sawru rħajjel mibni fuq il-biedja u s-sajd. Kielu frott dirgħajhom, stangħew bil-fidi f’Alla: ħaffru raddi tar-roti għat-timriħa ta’xogħlhom, difnu lil qrabathom f’ipoġej. Sakemm ħalfu li jibnu l-ewwel maqdes fuq il-għolja maħtur b’qima u mħabba…