Matul ir-riċeviment annwali tal-festa li ċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tella’ nhar it-Tlieta 16 ta’ Lulju, l-Assoċjazzjoni Wirt il–Kalkara ġiet preżentata b’tifkira “b’rikonoxximent għall-ħidma sfieqa b’risq ir-raħal tal-Kalkara, kif ukoll b’apprezzament tad-disponibilità lejn is-Soċjetà”. Is-Segretarju tal-Banda Sagra Familja Joseph Mintoff kellu kliem ta’ tifħir għall-ħidma li qed twettaq l-Assoċjazzjoni, filwaqt li l-President tal-Assoċjazzjoni Ivan…
Category: Aħbarijiet
Il-Festa t-tajba!
Il-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jieħu l-okkażjoni biex jawgura l-isbaħ xewqat għall-festa lill-poplu kollu tal-Kalkara. Tislima speċjali lil dawk morda jew li ma jistgħux igawdu l-festa, kif ukoll lill-emigranti kollha Kalkariżi. L-Assoċjazzjoni tħoss il-bżonn li tirringrazzja tal-ħidma kbira li l-Parroċċa tal-Kalkara, l-Għaqda Mużikali San Ġużepp u ċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja jwettqu matul is-sena…
Il-Forti Salvatur
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon l-interventi li saru mid-Deputat Parlamentari l-Onor. Glenn Bedingfield dwar il-Forti Salvatur u anki dwar l-inkonvenjent permanenti li jinsab fil-Bajja tar-Rnella. L-Assoċjazzjoni esprimiet ruħha diversi drabi dwar il-Forti Salvatur u l-użu li qed isir preżentement minnu. Nemmnu bis-sħiħ li wirt storiku ta’ dan it-tip għandu jiġi riġenerat u jintuża b’risq il-komunità…
Il-Forti Ricasoli fil-Kalkara fi stat dilapidat
L-artiklu li ħejjiet l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara fuq il-gazzetta ‘In-Nazzjon’ nhar it-Tlieta 4 ta’ Ġunju 2019 dwar l-istat li preżentement jinsab fih il-Forti Ricasoli. Agħfas fuq l-istampa biex tiftaħ l-artiklu.
Kunsill ġdid għall-Kalkara
Il-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jawgura ħidma sfieqa b’risq il-Kalkara lil dawk il-persuni kollha eletti fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali 2019. Il-Kumitat jifraħ lil Wayne Aquilina għall-ħatra tiegħu bħala Sindku, lil Vince Bongailas għall-ħatra tiegħu bħala Viċi-Sindku u lil Christopher Bruno, Speranza Chircop u Maria Sultana bħala Kunsillieri. Il-Kumitat iħoss ukoll li għandu jirringrazzja lil dawk il-kandidati…
Masġar Kostali ġdid fil-Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li f’dawn l-aħħar ġranet tħawlu 120 siġra tal-bruka fiż-żona miftuħa madwar il-Forti Rinella fil-Kalkara. Dan sar mill-Fondazzjoni Wirt Artna, li tieħu ħsieb l-istess forti, permezz ta’ donazzjoni ta’ siġar minn Infrastructure Malta bħala parti mill-obligazzjoni tal-ippjanar għal rilokazzjoni u tħawwil mill-ġdid ta’ siġar li nqalgħu waqt ix-xogħlijiet f’toroq madwar Malta….
Jinġabar l-ewwel Seabin fil-Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li matul l-aħħar jiem inġabru l-fondi kollha meħtieġa sabiex isir is-Seabin fix-Xatt tal-Kalkara. Dan il-proġett inħoloq mill-NGO ‘Żibel’ bl-għan li jinġabru l-fondi kollha meħtieġa biex madwar il-kosta tal-Kalkara jsiru Seabins biex jinġabar ħmieġ li jakkumula fil-baħar. Fost dan il-ħmieġ insibu ammont kbir ta’ plastik li qed jagħmel ħsara kbira lill-ħlejjaq…
Nieħdu ħsieb l-ambjent naturali
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li siġra fi traffic island ġewwa Triq Marina, li kien ġralha l-ħsara waqt maltempata ftit tal-ġimgħat ilu, ġiet irranġata u mqegħdha lura f’postha. L-Assoċjazzjoni ħasset il-ħtieġa li ssemma’ leħinha dwar dan mal-persuni konċernati, u għalkemm jidher li kien hemm xi reżistenza, it-talba tagħha ġiet milqugħa. Ħajr speċjali lill-Environmental Landscapes Consortium…
Tifkira tal-Vittmi tal-Gwerra 2019
Delegazzjoni mill-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara illum ħadet sehem fil-Kommemorazzjoni tal-Vittmi Kalkariżi tat-Tieni Gwerra Dinjija, attività mtella’ mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara. Propju bħal-lum, 24 ta’ Marzu fis-sena 1942 seħħet waħda mill-agħar traġedji fl-istorja riċenti tal-Kalkara, bil-mewt ta’ 23 ruħ f’xelter li kien jinstab Triq Patist Borda. Dan minbarra għadd kbir ta’ traġedji oħra li seħħew matul dak iż-żmien,…
L-Ismijiet tat-Toroq fil-Kalkara
Bħala parti mir-rakkommandazzjonijiet li l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara wettqet fil-konfront tal-Istrateġija tal-Kottonera, matul il-ġimgħa li għaddiet ġie ppreżentat rapport lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara dwar suġġerimenti għal tibdil f’xi ismijiet tat-toroq fil-lokalità. L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara temmen li wasal iż-żmien li ammont ta’ toroq fil-Kalkara jingħataw isem ġdid, dan l-iżjed bħala rifless ta’ toroq ġodda li sal-lum jinsabu mingħajr…