Matul l-aħħar ġimgħat l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ħadet ħsieb li jitqassam fuljett ta’ informazzjoni dwar il-Kalkara u l-Assoċjazzjoni fid-djar kollha Kalkariżi.
Il-fuljett jinkludi formola sabiex persuna tkun tista’ tidħol soċju mal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara.
Ir-rispons kien wieħed inkoraġġanti ħafna, u għalhekk dan l-appell qegħdin issa nestenduh b’mod diġitali permezz ta’ din il-website.
Biex tingħaqad magħna fl-Assoċjazzjoni tista’ tinkiteb soċju online billi tagħfas hawn u timla’ d-dettalji tiegħek.