Built by the Knights of the Order of Saint John between 1670 and 1698, Fort Ricasoli in Kalkara commands the entrance to the Grand Harbour of Malta. Named after Fra Giovanni Francesco Ricasoli who generously donated towards its construction, it is the largest fort in Malta, one of the largest in Europe and has been…
Category: Aħbarijiet
Ir-Restawr tal-Kolonna fi Triq Santa Liberata
Il-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jinnota bi pjaċir li nbeda r-restawr meħtieġ fuq il-kolonna antika li tinsab fi Triq Santa Liberata, il-Kalkara. Dan ir-restawr qed isir mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, wara li din l-istess kolonna kienet ġiet vandalizzata u sarilha ħsara fil-bidu ta’ Jannar li għadda. Il-kolonna li għadna naraw…
Kommemorazzjoni tal-Vittmi Kalkariżi tal-Gwerra
Delegazzjoni mill-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara illum ħadet sehem fil-Kommemorazzjoni tal-Vittmi Kalkariżi tat-Tieni Gwerra Dinjija, serata mtella’ mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara. Propju bħal-lum, 24 ta’ Marzu fis-sena 1942 seħħet waħda mill-agħar traġedji fl-istorja riċenti tal-Kalkara, bil-mewt ta’ 23 ruħ f’xelter li kien jinstab Triq Patist Borda. Dan minbarra għadd kbir ta’ traġedji oħra li seħħew matul dak iż-żmien,…
Tħassib li l-Forti Rikażli tikkrolla – Net Tv
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara qed tagħmel pressjoni kbira sabiex il-Forti Rikażli ma tintilifx darba għal dejjem – NET News
Laqgħa Kordjali mal-Onor. Glenn Bedingfield
Nhar it-Tlieta 13 ta’ Marzu fil-binja tal-Parlament Malti rappreżentanza mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara iltaqgħet b’mod kordjali mal-Onor. Glenn Bedingfield, Membru Parlamentari li fl-aħħar jiem ġie maħtur biex imexxi tim ta’ strateġija għall-Kottonera u l-madwar. Huwa spjega li din l-istrateġija hija mmirata għal effetti immedjati u oħrajn li se jinħassu matul iż-żmien, iżda qal ukoll…
Il-Forti Ricasoli Kalkara – Illum
Il-wirt storiku tagħna. Imprezzabbli. Qed jaqa’ biċċiet quddiem għajnejna. Se nsalvawh? Is-segretarju tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jiżvela s-sitwazzjoni inkwetanti li tinsab fiha l-akbar fortifikazzjoni ta’ Malta. Intervista ta’ Liam Carter. Kull dritt riservat lil Illum u l-produtturi.
Sejħa Għal Soċi Ġodda
Tixtieq tagħmel differenza fil-Kalkara? Għandek xewqa li flimkien naħdmu u nsemmgħu leħinna għall-ġid ta’ raħalna? Jekk iva, inħeġġuk biex tingħaqad mal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara. Kull ma għandek tagħmel biex tapplika huwa li tipprintja l-applikazzjoni li tidher ma’ din il-kitba u timlieha bid-dettalji tiegħek. L-applikazzjoni mimlija tista’ tingħata lil wieħed mill-membri tal-Kumitat tad-Direzzjoni, tintbagħat email fuq wirtilkalkara@gmail.com…
L-isbaħ xewqat għas-sena 2018
L-isbaħ xewqat għas-sena 2018 mingħand il-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara. Awguri
Titwaqqaf l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara
Matul ix-xahar ta’ Ottubru twaqqfet b’mod uffiċjali l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, organizzazzjoni volontarja reġistrata mal-Uffiċċju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji, bl-għan prinċipali li sservi ta’ pjattaforma għal inizjattivi immirati lejn aktar għarfien tar-raħal tal-Kalkara u twettiq ta’ proġetti immirati għall-komunità. Matul dan ix-xahar, membri mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellhom laqgħa ta’ kortesija mal-Onor. Dr. Clifton Grima, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ,…