Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ April fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali tal-Kalkara saret it-tnedija uffiċjali ta’ Emanuel Borg: Il-Kalkara mil-lenti tiegħu / Kalkara through his lens, pubblikazzjoni kommemorattiva maħruġa mill-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara. Mistiedna distinti ngħataw kopji kumplimentari, filwaqt oħrajn preżenti setgħu jakkwistaw kopja tal-ktieb. Iżjed minn sempliċement ktieb għal ġol-librerija, din il-pubblikazzjoni ġiet imfassla b’reqqa biex tagħti ġieħ…
Category: Proġetti
Ir-Restawr fuq il-Pittura tal-Madonna ta’ Pompei fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
Fil-kappellun tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara nsibu pittura li turi lill-Madonna ta’ Pompei. Din il-pittura saret fl-1896 mill-pittur rinomat Giuseppe Calì. L-artal tal-knisja preċedenti, li kien maħdum mill-marmista Taljan Mariano Russo, flimkien ma’ din il-pittura, ġew ffinanzjati mill-benefattur Antonio Bezzina. Fortunatament din il-pittura ġiet salvata mill-qerda tat-Tieni Gwerra Dinjija wara li ttieħdet Għawdex flimkien mal-pitturi l-oħra fuq…
Titjib Edukattiv fil-Kunvent tal-Kapuċċini tal-Kalkara
Matul din is-sena, bl-għajnuna tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, il-Patrijiet Kapuċċini tal-Kalkara implimentaw proġett edukattiv fil-klassijiet tal-katekiżmu fil-kumpless tal-Kunvent tal-Kapuċċini tal-Kalkara. Sabiex jiġu implimentati metodi ta’ tagħlim aktar interattivi, ġew installati monitors f’ħames klassijiet tal-katekiżmu. Dawn jinkludu aċċessorji bħall-HDMI cables u brackets biex jitwaħħlu mal-ħajt u dan sabiex ikun jista isir użu minn filmati interattivi. Dan il-metodu…
Ir-restawr ta’ erbatax-il stazzjon tal-Via Sagra fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
Fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara nsibu sett ta’ erbatax-il stazzjon tal-Via Sagra bi kwadri tal-irħam li jdawru l-istess Knisja. Il-pittura tal-istazzjonijiet saret mill-artist Taljan Attilio Palombi u ġiet impittra lejn l-aħħar tas-seklu dsatax. Oriġinarjament dan is-sett kien sar għall-Knisja ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, iżda tneħħa minn hemm meta saret il-Via Sagra tal-bronż, xogħol Pietro Tavani. Il-pittura…
Ir-Restawr tal-Vara Titulari ta’ San Ġużepp
Matul it-Tieni Gwerra Dinjija l-Parroċċa tal-Kalkara kienet l-unika waħda f’pajjiżna li tilfet għal kollox il-vara titulari tagħha dakinhar li ġiet imġarrfa totalment il-Knisja Parrokjali preċedenti nhar l-10 ta’ April 1942. Ftit snin wara din il-ġrajja traġika, Ġużeppa Vella uriet ix-xewqa li tħallas vara ġdida ta’ San Ġużepp bħala wegħda li kienet għamlet fil-gwerra. Il-Kappillan Mons….
Irħama kommemorattiva għal Dun Spiridione Tabone
Data tal-Proġett: 01 ta’ Novembru 2024 Irħama kommemorattiva għal Dun Spiridione Tabone Dun Spiridione Tabone twieled iż-Żejtun 105 snin ilu fl-1 ta’ Novembru 1919, iżda meta kien għadu tfajjel żgħir il-familja tiegħu ġiet toqgħod il-Kalkara. Huwa kien wieħed mit-tletin saċerdot li ġew ordnati fil-11 ta’ Awwissu 1946. Jibqa’ msemmi fil-Kalkara għat-tqarbin fid-djar tal-morda u għall-assistenza tiegħu…
Sett Proċessjonali għall-Festa ta’ San Ġużepp tal-Kalkara
Data tal-Proġett: 15 ta’ Lulju 2024 Matul is-sena 2023 il-Fratellanza ta’ San Ġużepp fi ħdan il-Parroċċa tagħna tal-Kalkara, ċċelebrat il-125 anniversarju mit-twaqqif tagħha, nhar is-6 ta’ April 1898. B’dan il-ħsieb f’moħħha, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara xtaqet li tirregala sett ta’ sitt lanterni proċessjonali li jkunu jistgħu jintużaw b’mod speċjali waqt il-purċissjoni ta’ Corpus Christi kif ukoll mar-relikwija…
Restawr ta’ żewġ pitturi titulari
Data tal-Proġett: 28 ta’ Ġunju 2023 Il-kwadru titulari ta’ San Ġużepp Il-kwadru titulari mpitter mill-artist Malti rinomat Giuseppe Calì meqjum ġewwa l-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara juri l-patroċinju ta’ San Ġużepp. Din il-pittura kienet iffirmata mill-artist bil-maqlub bħala sinjal ta’ protesta kontra kummissjonijiet mogħtija f’parroċċi oħra lill-artisti barranin għal ħlas aktar baxx. Il-pittura tlestiet fl-1898 għall-prezz ta’…
Il-Proġett tal-Ventartal
Data tal-Proġett: 11 ta’ Lulju 2022 Il-ħidma fuq il-proġett tal-Ventartal fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp fil-Kalkara li ħadet ħsieb li twettaq l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, kienet maqsuma f’żewġ fażijiet li saru flimkien. Il-ħidma fuqu kienet ilha għaddejja għal dawn l-aħħar erba’ snin, għalkemm ix-xewqa għalih u anki xi ħidma oħra seħħet fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena,…
Il-Proġett ta’ Restawr ta’ Opri tal-Irħam fil-Knisja
Data tal-Proġett: 15 ta’ Lulju 2021 Permezz ta’ fondi miksuba mill-Cottonera Projects and Initiatives Fund tal-Fondazzjoni Kottonera sar restawr intensiv fuq tliet opri tal-irħam li jinsabu fil-Knisja Parrokkjali. Dawn huma: il-battisteru tal-magħmudija xogħol il-marmista Mariano Russo u li kien imqiegħed fil-Knisja l-antika fl-1898, il-fonti tal-ilma mbierek li bħall-battisteru jinsab fl-entratura tal-Knisja, u l-artal maġġur xogħol…










