Data tal-Proġett: 25 ta’ Awwissu 2021 Ħamsa u tletin sena ilu, eżattament nhar it-8 ta’ Mejju 1986, miet l-istoriku u kittieb Ernle Bradford, li għex parti sew minn ħajtu fil-Kalkara. Fl-istess sena, nhar it-3 ta’ Novembru, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kultura Dr. Alex Sceberras Trigona, kien inawgura irħama kommemorattiva fi Triq Malta Rebbieħa (qabel magħrufha bħala Triq Marina)…
Category: Proġetti
Il-Proġett tal-Kalkara Heritage Trail
Data tal-Proġett: 15 ta’ Jannar 2021 Sa mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ntweriet ix-xewqa biex fil-lokalità jsir Heritage Trail madwar ir-raħal kollu. Dan il-proġett tniżżel bħala prijorità fil-lista ta’ proġetti mill-Kumitat tad-Direzzjoni fil-laqgħa numru 5 li saret nhar it-Tnejn 30 ta’ Ottubru 2017. Nhar is-7 ta’ Jannar 2020, il-Fondazzjoni GalXlokk ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-proġetti mill-fondi Ewropej…
Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara
Data tal-Proġett: 19 ta’ Ottubru 2020 Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara, huwa proġett bl-għan li jiċċelebra l-identità soċjokulturali, l-istorja u l-memorja kollettiva tal-Kalkara. Wara proċess ta’ ko-kreazzjoni, li beda f’Jannar 2020 u dam għal għaxar xhur, numru ta’ membri mill-komunità Kalkariża jirrakuntaw l-istejjer u l-esperjenzi tar-raħal waqt li jaqsmu l-ħiliet u s-snajja’ tagħhom bħala…
Species of planted trees in Kalkara
Project Date: 30 November 2019 L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara bl-għajnuna tal-organizzazzjoni volontarja Saġġar, nhar is-Sibt 30 ta’ Novembru 2019 ħadet ħsieb li jitħawlu 75 siġra indiġena Maltija f’inħawi differenti tal-Kalkara. Il-ħidma wara din l-inizjattiva bdiet diversi xhur ilu meta l-Assoċjazzjoni uriet il-ħsieb li jitħawlu siġar f’żoni b’ħamrija li kienu vojta. L-organizzazzjoni Saġġar, li preżentement qegħdha…
Il-Proġett tas-Salib tal-Kalkara
Data tal-Proġett: 06 ta’ Settembru 2019 Il-ħsieb biex fil-Kalkara jerġa’ jinbena s-Salib tal-Assedju l-Kbir li sfortunatament intilef bosta snin ilu, ġie diskuss mill-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara fil-laqgħa numru 5 li saret nhar it-Tnejn 30 ta’ Ottubru 2017. Minn hawn bdiet ħidma biex jinstabu aktar ritratti li fihom jidher dan is-salib, li iżda rriżultat kważi fix-xejn. Minn…





