Matul it-Tieni Gwerra Dinjija l-Parroċċa tal-Kalkara kienet l-unika waħda f’pajjiżna li tilfet għal kollox il-vara titulari tagħha dakinhar li ġiet imġarrfa totalment il-Knisja Parrokjali preċedenti nhar l-10 ta’ April 1942. Ftit snin wara din il-ġrajja traġika, Ġużeppa Vella uriet ix-xewqa li tħallas vara ġdida ta’ San Ġużepp bħala wegħda li kienet għamlet fil-gwerra. Il-Kappillan Mons….
Category: Proġetti
Irħama kommemorattiva għal Dun Spiridione Tabone
Data tal-Proġett: 01 ta’ Novembru 2024 Irħama kommemorattiva għal Dun Spiridione Tabone Dun Spiridione Tabone twieled iż-Żejtun 105 snin ilu fl-1 ta’ Novembru 1919, iżda meta kien għadu tfajjel żgħir il-familja tiegħu ġiet toqgħod il-Kalkara. Huwa kien wieħed mit-tletin saċerdot li ġew ordnati fil-11 ta’ Awwissu 1946. Jibqa’ msemmi fil-Kalkara għat-tqarbin fid-djar tal-morda u għall-assistenza tiegħu…
Sett Proċessjonali għall-Festa ta’ San Ġużepp tal-Kalkara
Data tal-Proġett: 15 ta’ Lulju 2024 Matul is-sena 2023 il-Fratellanza ta’ San Ġużepp fi ħdan il-Parroċċa tagħna tal-Kalkara, ċċelebrat il-125 anniversarju mit-twaqqif tagħha, nhar is-6 ta’ April 1898. B’dan il-ħsieb f’moħħha, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara xtaqet li tirregala sett ta’ sitt lanterni proċessjonali li jkunu jistgħu jintużaw b’mod speċjali waqt il-purċissjoni ta’ Corpus Christi kif ukoll mar-relikwija…
Restawr ta’ żewġ pitturi titulari
Data tal-Proġett: 28 ta’ Ġunju 2023 Il-kwadru titulari ta’ San Ġużepp Il-kwadru titulari mpitter mill-artist Malti rinomat Giuseppe Calì meqjum ġewwa l-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara juri l-patroċinju ta’ San Ġużepp. Din il-pittura kienet iffirmata mill-artist bil-maqlub bħala sinjal ta’ protesta kontra kummissjonijiet mogħtija f’parroċċi oħra lill-artisti barranin għal ħlas aktar baxx. Il-pittura tlestiet fl-1898 għall-prezz ta’…
Il-Proġett tal-Ventartal
Data tal-Proġett: 11 ta’ Lulju 2022 Il-ħidma fuq il-proġett tal-Ventartal fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp fil-Kalkara li ħadet ħsieb li twettaq l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, kienet maqsuma f’żewġ fażijiet li saru flimkien. Il-ħidma fuqu kienet ilha għaddejja għal dawn l-aħħar erba’ snin, għalkemm ix-xewqa għalih u anki xi ħidma oħra seħħet fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena,…
Il-Proġett ta’ Restawr ta’ Opri tal-Irħam fil-Knisja
Data tal-Proġett: 15 ta’ Lulju 2021 Permezz ta’ fondi miksuba mill-Cottonera Projects and Initiatives Fund tal-Fondazzjoni Kottonera sar restawr intensiv fuq tliet opri tal-irħam li jinsabu fil-Knisja Parrokkjali. Dawn huma: il-battisteru tal-magħmudija xogħol il-marmista Mariano Russo u li kien imqiegħed fil-Knisja l-antika fl-1898, il-fonti tal-ilma mbierek li bħall-battisteru jinsab fl-entratura tal-Knisja, u l-artal maġġur xogħol…
Restawr tal-irħama ta’ Ernle Bradford
Data tal-Proġett: 25 ta’ Awwissu 2021 Ħamsa u tletin sena ilu, eżattament nhar it-8 ta’ Mejju 1986, miet l-istoriku u kittieb Ernle Bradford, li għex parti sew minn ħajtu fil-Kalkara. Fl-istess sena, nhar it-3 ta’ Novembru, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kultura Dr. Alex Sceberras Trigona, kien inawgura irħama kommemorattiva fi Triq Malta Rebbieħa (qabel magħrufha bħala Triq Marina)…
Il-Proġett tal-Kalkara Heritage Trail
Data tal-Proġett: 15 ta’ Jannar 2021 Sa mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ntweriet ix-xewqa biex fil-lokalità jsir Heritage Trail madwar ir-raħal kollu. Dan il-proġett tniżżel bħala prijorità fil-lista ta’ proġetti mill-Kumitat tad-Direzzjoni fil-laqgħa numru 5 li saret nhar it-Tnejn 30 ta’ Ottubru 2017. Nhar is-7 ta’ Jannar 2020, il-Fondazzjoni GalXlokk ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-proġetti mill-fondi Ewropej…
Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara
Data tal-Proġett: 19 ta’ Ottubru 2020 Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara, huwa proġett bl-għan li jiċċelebra l-identità soċjokulturali, l-istorja u l-memorja kollettiva tal-Kalkara. Wara proċess ta’ ko-kreazzjoni, li beda f’Jannar 2020 u dam għal għaxar xhur, numru ta’ membri mill-komunità Kalkariża jirrakuntaw l-istejjer u l-esperjenzi tar-raħal waqt li jaqsmu l-ħiliet u s-snajja’ tagħhom bħala…
Species of planted trees in Kalkara
Project Date: 30 November 2019 L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara bl-għajnuna tal-organizzazzjoni volontarja Saġġar, nhar is-Sibt 30 ta’ Novembru 2019 ħadet ħsieb li jitħawlu 75 siġra indiġena Maltija f’inħawi differenti tal-Kalkara. Il-ħidma wara din l-inizjattiva bdiet diversi xhur ilu meta l-Assoċjazzjoni uriet il-ħsieb li jitħawlu siġar f’żoni b’ħamrija li kienu vojta. L-organizzazzjoni Saġġar, li preżentement qegħdha…