Matul din il-ġimgħa l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ffirmat il-kuntratt li permezz tiegħu matul ix-xhur li ġejjin se tidħol għal proġett ta’ restawr konfinanzjat minn fondi Ewropej permezz tal-programm LEADER bħala parti mill-Programm ta’ Żvilupp Rurali 2014-2020. Fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp tal-Kalkara nsibu ċentru ta’ ventartal irrakmat bl-idejn li għandu bżonn restawr professjonali. Din l-opra kienet tintuża…
Tag: Wirt il-Kalkara
Iċ-Ċimiterju Navali tal-Kalkara
Iċ-Ċimiterju jinsab madwar żewġ kilometri fix-Xlokk tal-Bajja tar-Rnella fil-Kalkara, fiż-żona viċin il-Knisja u l-Kunvent tal-Patrijiet Kapuċċini. Dan iċ-ċimiterju kwiet huwa miżmum mill-Kummissjoni tal-Oqbra tal-Gwerra tal-Commonwealth u huwa l-post fejn hemm jistrieħu għal dejjem aktar minn 1,000 vittma taż-żewġ Gwerer Dinjija flimkien ma’ ħafna aktar oqbra ċivili. Il-maġġoranza tad-dfin li sar mill-Commonwealth huma mmarkati fuq imfakar ċatti…
Strateġija għall-Kottonera: Jitħabbar il-proġett tax-Xatt tal-Kalkara
Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Ottubru rappreżentanza mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara attendiet għal-Laqgħa ta’ Konsultazzjoni Pubblika dwar l-Istrateġija għall-Kottonera mtella’ mill-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni għall-Kottonera. Matul din il-laqgħa ġie diskuss fit-tul id-dokument propost mill-Gvern dwar proġetti fiż-żona tal-Kottonera u l-Kalkara, filwaqt li saru diversi interventi mill-pubbliku dwar l-istess strateġija. Sadanittant, matul l-istess laqgħa, l-Onor. Glenn Bedingfield, Koordinatur…
Seabins fil-Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara qed tagħti l-appoġġ tagħha lill-inizjattiva mnehdija mill-NGO #Żibel bl-isem ta’ ‘Seabin for Kalkara’. Din l-inizjattiva hija mmirata bħala ġbir ta’ fondi biex mal-kosta tal-Kalkara, speċjalment madwar ix-xatt, isiru ‘seabins’ biex jinġabar ħmieġ li jakkumula fil-baħar. Fost dan il-ħmieġ insibu ammont kbir ta’ plastik li qed jagħmel ħsara kbira lill-ħlejjaq marittimi. Għal iżjed…
Laqgħa informali ma’ Dr. Jeffrey Pullicino Orlando
Rappreżentanza mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara nhar il-Ħamis 27 ta’ Settembru kellha laqgħa informali ma’ Dr. Jeffrey Pullicino Orlando, Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, ġewwa l-uffiċju tal-MCST f’Villa Bighi l-Kalkara. Matul din il-laqgħa l-Kumitat wera l-apprezzament tiegħu għall-proġett Esplora, proġett mill-isbaħ li twettaq mill-MCST u li bidel parti mill-kumpless ta’ Bighi li kienet dilapidata,…
Iċċelebrat l-ewwel anniversarju tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara
Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Settembru l-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ċċelebra l-ewwel anniversarju mit-twaqqif tal-istess Assoċjazzjoni. Matul laqgħa li ssejjħet apposta, din l-ewwel sena amministrattiva ġiet deskritta bħala waħda li matulha sar bosta xogħol siewi, fejn mhux biss ittieħdu inizjattivi ġodda, iżda wkoll semmajna leħinna fuq bosta aspetti varji fosthom il-Forti Ricasoli. Fil-laqgħa ntqal ukoll…
Eżekuzzjonijiet marzjali u militari f’Malta: Il-Każ ta’ Gunner John Edwards, Royal Artillery
Kitba ta’ Denis A. Darmanin Nhar id-19 ta’ Diċembru 1861, il-Qorti Marzjali Militari imlaqqha fil-Kwartieri Ġenerali tal-Armata Britannika ġewwa l-Berġa ta’ Kastilja fil-Belt Valletta, sabet l-artillier Nru. 554 John Edwards ħati ta’ attentat ta’ qtil.1 L-inċident kien seħħ fil-misraħ tal-kwartieri fil-Forti Sant Iermu,2 il-post fejn Edwards, li kien membru tat-3 Brigata tar-Royal Artillery, fejn kien…
Laqgħa mal-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat
Nhar it-Tnejn 27 ta’ Awwissu rappreżentanza mill-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellha laqgħa kordjali mal-Prim Ministru ta’ Malta Dr. Joseph Muscat fil-Berġa ta’ Kastilja, fejn matulha ġie preżentat ir-rapport li l-istess Assoċjazzjoni ħejjiet dwar il-Forti Ricasoli. Matul din il-laqgħa l-Assoċjazzjoni spjegat il-ħtieġa li jsiru xogħlijiet ta’ emerġenza fil-Forti Ricasoli, speċjalment f’żoni li jinsabu f’periklu kbir minn…