Nhar it-Tnejn 27 ta’ Awwissu rappreżentanza mill-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellha laqgħa kordjali mal-Prim Ministru ta’ Malta Dr. Joseph Muscat fil-Berġa ta’ Kastilja, fejn matulha ġie preżentat ir-rapport li l-istess Assoċjazzjoni ħejjiet dwar il-Forti Ricasoli. Matul din il-laqgħa l-Assoċjazzjoni spjegat il-ħtieġa li jsiru xogħlijiet ta’ emerġenza fil-Forti Ricasoli, speċjalment f’żoni li jinsabu f’periklu kbir minn elementi naturali.
L-Assoċjazzjoni, filwaqt li uriet il-ħajr tagħha għad-diversi proġetti ta’ restawr fuq binjiet storiċi li seħħew f’Malta matul dawn l-aħħar snin, irrimarkat li l-akbar binja storika u l-ewwel waħda li wieħed isib fil-Port il-Kbir mhux biss tinsab fi stat ħażin ħafna, iżda jekk mhux ser tittieħed azzjoni mill-aktar fis ser tiġġarraf parti kbira minnha b’mod imminenti.
Fost ir-rakkomandazzjonijiet li għamlet, l-Assoċjazzjoni rrimarkat li għalkemm huwa importanti li jsir pjan strateġiku ta’ restawr fit-tul, il-prijorità għandha tkun li jsiru x-xogħlijiet ta’ emerġenza. Fost dawn l-iżjed importanti huwa li jsir rapport dwar l-erożjoni tal-blat fuq in-naħa ta’ barra li diġà wasslet biex parti mis-swar waqgħu l-baħar, u jsir restawr tal-kappella ta’ San Nikola u l-bieb tal-entratura prinċipali: żewġ binjiet li għandhom ħsara kbira.
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara rrimarkat ukoll li pjan ta’ restawr u manutenzjoni għandu jkun ikkaratterizzat minn pjan ta’ riġenerazzjoni u użu alternattiv għall-istess Forti Ricasoli.
Minn naħa tiegħu, il-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat wera interess lejn l-isforz ġenwin li qed tagħmel l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara u saħaq li l-Gvern huwa kommess li jsib soluzzjoni. Huwa rrimarka ukoll li r-riġenerazzjoni tal-forti għandha twassal biex dan jintuża b’mod wiesa’, inkluż l-aċċess tal-pubbliku. Għal din il-laqgħa huwa kien akkumpanjat mill-Onor. Glenn Bedingfield li bħalissa jinsab imexxi l-istrateġija għall-iżvilupp tal-Kottonera.
Id-delegazzjoni mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kienet magħmula mill-President Ivan Cauchi, is-Segretarju Duncan Brincat, il-Viċi President Nathalie Seguna u l-Uffiċjal tal-Komunikazzjoni Etienne Camilleri.
Fort ricasoli deserves the same treatment as Fort st Angelo the government has received untold amounts of revenue just from film company’s & remember that fort is the 1st line of defence into the grand harbour ????????????????????????????come on malta massive part of your heritage
IN THE EVENT THAT SUCH A CATASROPHIC EVENT SHOULD OCCURE IT WILL GEOPARDISE THE EXISTANCE OF THE WHOLE GRAND HARBOR ,AS EVEN AS IT STANDS,WHEN NATURE STRIKES IT IS ALREADY CAUSING HAVOC IN ALL SHELTERING INLETS II