Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Settembru l-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ċċelebra l-ewwel anniversarju mit-twaqqif tal-istess Assoċjazzjoni.
Matul laqgħa li ssejjħet apposta, din l-ewwel sena amministrattiva ġiet deskritta bħala waħda li matulha sar bosta xogħol siewi, fejn mhux biss ittieħdu inizjattivi ġodda, iżda wkoll semmajna leħinna fuq bosta aspetti varji fosthom il-Forti Ricasoli.
Fil-laqgħa ntqal ukoll li matul il-ġranet li ġejjin, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ser tkun qed tħabbar proġett interessanti li ser isir fil-Kalkara. Il-laqgħa ntemmet permezz ta’ riċeviment tal-okkażjoni.