Ir-Restawr tal-Vara Titulari ta’ San Ġużepp
Matul it-Tieni Gwerra Dinjija l-Parroċċa tal-Kalkara kienet l-unika waħda f’pajjiżna li tilfet għal kollox il-vara titulari tagħha dakinhar li ġiet imġarrfa totalment il-Knisja Parrokjali preċedenti nhar l-10 ta’ April 1942. Ftit snin wara din il-ġrajja traġika, Ġużeppa Vella uriet ix-xewqa li tħallas vara ġdida ta’ San Ġużepp bħala wegħda li kienet għamlet fil-gwerra. Il-Kappillan Mons. Carmelo Xuereb għarraf lill-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi b’din ix-xewqa u ddeċieda li hu jieħu ħsieb l-ordni ta’ din l-istatwa. Huwa nkariga lill-Kavallier Vincenzo Bonello, kuratur tal-Mużew tal-Arti tal-Belt, biex joħloq disinn ta’ vara devozzjonali b’simboliżmu meqjus. Id-disinn ġie approvat mill-Kummissjoni Pontifiċja tal-Arti Sagra fil-Vatikan u…
Irħama kommemorattiva għal Dun Spiridione Tabone
Data tal-Proġett: 01 ta’ Novembru 2024Irħama kommemorattiva għal Dun Spiridione TaboneDun Spiridione Tabone twieled iż-Żejtun 105 snin ilu fl-1 ta’ Novembru 1919, iżda meta kien għadu tfajjel żgħir il-familja tiegħu ġiet toqgħod il-Kalkara. Huwa kien wieħed mit-tletin saċerdot li ġew ordnati fil-11 ta’ Awwissu 1946. Jibqa’ msemmi fil-Kalkara għat-tqarbin fid-djar tal-morda u għall-assistenza tiegħu mal-moribondi. Kien jaħdem b’żelu kbir fil-pastorali tal-Parroċċa speċjalment fil-qrar. L-aktar ġrajja li baqgħet tiġri miegħu kienet meta mar l-Awstralja u kien kważi tilef ħajtu f’Marzu 1958, għaliex il-bastiment li kien fuqu għereq. Huwa miet fis-16 ta’ Lulju 2016.L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara fakkret lil dan is-Saċerdot Kalkariż b’Quddiesa…
Sett Proċessjonali għall-Festa ta’ San Ġużepp tal-Kalkara
Data tal-Proġett: 15 ta’ Lulju 2024Matul is-sena 2023 il-Fratellanza ta’ San Ġużepp fi ħdan il-Parroċċa tagħna tal-Kalkara, ċċelebrat il-125 anniversarju mit-twaqqif tagħha, nhar is-6 ta’ April 1898. B’dan il-ħsieb f’moħħha, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara xtaqet li tirregala sett ta’ sitt lanterni proċessjonali li jkunu jistgħu jintużaw b’mod speċjali waqt il-purċissjoni ta’ Corpus Christi kif ukoll mar-relikwija ta’ San Ġużepp, u dan għaliex kważi l-opri kollha tal-Fratellanza ntilfu matul it-Tieni Gwerra Dinjija.Għaldaqstant, wara s-suċċess tal-applikazzjoni għall-fondi mill-Fondazzjoni Kottonera, ġejna mgħotija l-finanzjament neċessarju biex isir dan il-proġett. Is-sett lanterni bbanjati fil-fidda nħadmu bl-idejn b’mod mill-aktar dekorattiv min ditta Spanjola, b’kollaborazzjoni mad-ditta George Zammit and…
Restawr ta’ żewġ pitturi titulari
Data tal-Proġett: 28 ta’ Ġunju 2023Il-kwadru titulari ta’ San ĠużeppIl-kwadru titulari mpitter mill-artist Malti rinomat Giuseppe Calì meqjum ġewwa l-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara juri l-patroċinju ta’ San Ġużepp. Din il-pittura kienet iffirmata mill-artist bil-maqlub bħala sinjal ta’ protesta kontra kummissjonijiet mogħtija f’parroċċi oħra lill-artisti barranin għal ħlas aktar baxx. Il-pittura tlestiet fl-1898 għall-prezz ta’ £27.Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Knisja Parrokkjali preċedenti tal-Kalkara kienet ibbumbardjata u meqruda totalment mill-għadu. Dan id-diżastru qered diversi xogħlijiet tal-arti, fosthom l-istatwa titulari preċedenti ta’ San Ġużepp iżda fortunatament, Mons. Mikiel Gonzi, dak iż-żmien Arċisqof ta’ Għawdex u li kien ġej mir-raħal tal-Kalkara, iddeċieda li jieħu…
Il-Proġett tal-Ventartal
Data tal-Proġett: 11 ta’ Lulju 2022Il-ħidma fuq il-proġett tal-Ventartal fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp fil-Kalkara li ħadet ħsieb li twettaq l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, kienet maqsuma f’żewġ fażijiet li saru flimkien. Il-ħidma fuqu kienet ilha għaddejja għal dawn l-aħħar erba’ snin, għalkemm ix-xewqa għalih u anki xi ħidma oħra seħħet fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena, issa nistgħu ngħidu li dan il-proġett huwa finalment komplut.L-ewwel fażi kienet dik tar-restawr ta’ palla rrakmata li fl-imgħoddi kienet isservi bħala ċ-ċentru tal-ventartal artistiku tal-artal maġġur tal-Knisja Parrokkjali preċedenti u li sfortunatament inqered matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Din il-palla artistika ġiet ordnata mill-ewwel Kappillan Dun Ġużepp…
Il-Proġett ta’ Restawr ta’ Opri tal-Irħam fil-Knisja
Data tal-Proġett: 15 ta’ Lulju 2021Permezz ta’ fondi miksuba mill-Cottonera Projects and Initiatives Fund tal-Fondazzjoni Kottonera sar restawr intensiv fuq tliet opri tal-irħam li jinsabu fil-Knisja Parrokkjali. Dawn huma: il-battisteru tal-magħmudija xogħol il-marmista Mariano Russo u li kien imqiegħed fil-Knisja l-antika fl-1898, il-fonti tal-ilma mbierek li bħall-battisteru jinsab fl-entratura tal-Knisja, u l-artal maġġur xogħol il-marmista Armando Battelli fl-1953 li kien irregalat mis-Sinjuri Mintoff għall-Knisja preżenti.Fit-23 ta’ Awwissu 1884 Fortunato Gulia talab biex joffri biċċa art li fuqha tista’ tinbena knisja ġdida fil-Kalkara. Din it-talba ġiet approvata mill-Arċidjoċesi ta’ Malta u l-Kan. Dun Ġużepp Azzopardi, flimkien ma’ kumitat mwaqqaf apposta, ġew…
Restawr tal-irħama ta’ Ernle Bradford
Data tal-Proġett: 25 ta’ Awwissu 2021Ħamsa u tletin sena ilu, eżattament nhar it-8 ta’ Mejju 1986, miet l-istoriku u kittieb Ernle Bradford, li għex parti sew minn ħajtu fil-Kalkara. Fl-istess sena, nhar it-3 ta’ Novembru, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kultura Dr. Alex Sceberras Trigona, kien inawgura irħama kommemorattiva fi Triq Malta Rebbieħa (qabel magħrufha bħala Triq Marina) mal-faċċata tad-dar fejn kien jgħix, fil-Kalkara, biex tfakkar lil dan l-awtur.Ernle Bradford, imwieled fil-11 ta’ Jannar 1922, f’Cole Green, Norfolk, l-Ingilterra kien storiku notevoli Ingliż tas-seklu 20 li speċjalizza fuq il-Mediterran u suġġetti navali. Bħala baħri ambizzjuż, Ernle Bradford qatta’ kważi tletin sena jbaħħar fil-Mediterran,…
Il-Proġett tal-Kalkara Heritage Trail
Data tal-Proġett: 15 ta’ Jannar 2021Sa mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ntweriet ix-xewqa biex fil-lokalità jsir Heritage Trail madwar ir-raħal kollu. Dan il-proġett tniżżel bħala prijorità fil-lista ta’ proġetti mill-Kumitat tad-Direzzjoni fil-laqgħa numru 5 li saret nhar it-Tnejn 30 ta’ Ottubru 2017. Nhar is-7 ta’ Jannar 2020, il-Fondazzjoni GalXlokk ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-proġetti mill-fondi Ewropej taħt Miżura 3 – Promozzjoni tal-Wirt Kulturali bħala parti mill-Programm LEADER tal-Programm ta’ Żvilupp Rurali (RDP) 2014-2020, liema fondi jkopru 80% tal-ispejjeż total finali tal-proġett. L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ħadet din l-opportunità u bl-għajnuna tal-MEUSAC applikat taħt din il-miżura biex isir Heritage Trail fil-Kalkara. Waqt il-proċess tal-applikazzjoni nġiebu…
Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara
Data tal-Proġett: 19 ta’ Ottubru 2020Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara, huwa proġett bl-għan li jiċċelebra l-identità soċjokulturali, l-istorja u l-memorja kollettiva tal-Kalkara. Wara proċess ta’ ko-kreazzjoni, li beda f’Jannar 2020 u dam għal għaxar xhur, numru ta’ membri mill-komunità Kalkariża jirrakuntaw l-istejjer u l-esperjenzi tar-raħal waqt li jaqsmu l-ħiliet u s-snajja’ tagħhom bħala parti minn mixja esperjenzali miftuħa għall-pubbliku – b’mod speċjali għall-familji interġenerazzjonali: tfal, ġenituri/kustodja u nanniet.Il-mixja titlaq minn barra l-Esplora, tgħaddi minn uħud mit-toroq ġewwa ċ-ċentru tal-Kalkara, u tispiċċa lura l-Esplora. Il-mixja hija twila madwar sagħtejn, inkluż ħames attivitajiet/waqfiet ta’ madwar ħmistax-il minuta l-waħda, fejn il-familji jkollhom…
Species of planted trees in Kalkara
Project Date: 30 November 2019 L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara bl-għajnuna tal-organizzazzjoni volontarja Saġġar, nhar is-Sibt 30 ta’ Novembru 2019 ħadet ħsieb li jitħawlu 75 siġra indiġena Maltija f’inħawi differenti tal-Kalkara. Il-ħidma wara din l-inizjattiva bdiet diversi xhur ilu meta l-Assoċjazzjoni uriet il-ħsieb li jitħawlu siġar f’żoni b’ħamrija li kienu vojta. L-organizzazzjoni Saġġar, li preżentement qegħdha tikkordina proġett nazzjonali ta’ din ix-xorta, mal-ewwel laqgħet dan l-appell u mhux biss offriet l-għajnuna meħtieġa, iżda ukoll is-siġar kollha neċessarji. Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara in conjunction with the voluntary organization Saġġar, on Saturday 30 November planted 75 native Maltese trees in different areas of Kalkara. The…