Matul il-kosta taħt dak li kien l-isptar Bighi, insibu bħal kmamar żgħar iżda tawwalin bis-saqaf fit-tond. Preżentement hemm b’kollox erba’ banjijiet minn sitta li jinsabu fi stat ta’ telqa u l-maġġoranza tagħhom ikkundannati. Ritratt minn fuq is-sur ta’ Bighi tal-banjijiet li kienu jintużaw milll-uffiċjali tat-tarzna Ftit huma dawk in-nies li jafu għaliex servew u b’liema…
Category: Kurżitajiet
‘It-Taraġ’ fir-Roundabout tar-Rnella
It-Taraġ huwa xogħol artistiku pubbliku maħluq biex joħloq dibattitu soċjali: l-iskultur ried li jiġbed l-udjenza pubblika ġenerali u mhux dik li s-soltu naraw f’mużewijiet jew gallariji tal-arti. It-Taraġ jirrifletti s-soċjetà preżenti tagħna, l-istruttura tal-ħadid tirrifletti s-soċjetà magħquda b’saħħitha tagħna u l-akkwisti tagħha fl-aħħar ħamsin sena, iċ-ċangaturi tal-konkrit huma rappreżentattivi tal-ġlidiet u l-formazzjonijiet storiċi ta’ Malta….
L-Arbli tar-Rnella
Kitba ta’ Lorenzo Zahra L-arbli twal li jinsabu fil-Bajja tar-Rnella kienu għal bosta snin jitqiesu bħala l-landmark tal-Kalkara. Minħabba li matul is-seklu li għadda, is-seklu 20, kien ivvintat it-telegrafu, is-Servizzi Ingliżi kienu minnufih ħasbu li fil-bażi ta’ difiża li kellhom fil-gżira tagħna jistabbilixxu stazzjon b’dan l-għan u għalhekk kien magħżul il-post fil-Kalkara magħruf bħala l-Wied…
Iċ-Ċimiterju Navali tal-Kalkara
Iċ-Ċimiterju jinsab madwar żewġ kilometri fix-Xlokk tal-Bajja tar-Rnella fil-Kalkara, fiż-żona viċin il-Knisja u l-Kunvent tal-Patrijiet Kapuċċini. Dan iċ-ċimiterju kwiet huwa miżmum mill-Kummissjoni tal-Oqbra tal-Gwerra tal-Commonwealth u huwa l-post fejn hemm jistrieħu għal dejjem aktar minn 1,000 vittma taż-żewġ Gwerer Dinjija flimkien ma’ ħafna aktar oqbra ċivili. Il-maġġoranza tad-dfin li sar mill-Commonwealth huma mmarkati fuq imfakar ċatti…
Eżekuzzjonijiet marzjali u militari f’Malta: Il-Każ ta’ Gunner John Edwards, Royal Artillery
Kitba ta’ Denis A. Darmanin Nhar id-19 ta’ Diċembru 1861, il-Qorti Marzjali Militari imlaqqha fil-Kwartieri Ġenerali tal-Armata Britannika ġewwa l-Berġa ta’ Kastilja fil-Belt Valletta, sabet l-artillier Nru. 554 John Edwards ħati ta’ attentat ta’ qtil.1 L-inċident kien seħħ fil-misraħ tal-kwartieri fil-Forti Sant Iermu,2 il-post fejn Edwards, li kien membru tat-3 Brigata tar-Royal Artillery, fejn kien…
Djarju tal-Kalkara fil-Gwerra
Din is-sena (2018) jaħbat is-sitta u sebgħin sena anniversarju mit-tiġrif tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara. Madankollu, ma kienetx biss id-data tal-10 ta’ April 1942 li ġerrħet lil dan ir-raħal fil-Port il-Kbir ta’ Malta. Propju minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu u anki l-imkejjen Brittanniċi li kienu jinsabu ġo fih, kienu bosta dawk l-attakki li saru u li ħallew il-marka…
Is-Salib tal-Kalkara
Kien żmien l-Assedju l-Kbir ta’ Malta meta l-Misilmin imexxija minn Dragut rifsu l-art u bdew jattakkaw lill-Maltin u lill-Kavallieri. Il-Musulmani kienu ħakmu taħt idhom il-Kalkara, dak iż-żmien aktar magħrufa bħala ‘Tas-Salvatur’ għar-raġuni li fl-inħawi kien hemm kappella idedikata lis-Salvatur. Il-Kalkara kien l-iżjed post idejali sabiex ikunu jistgħu jattakkaw lill-Kavallieri peress li dawn kienu qed jattakkaw…
Sejba ta’ Ħaġar Eġizzjan fil-Kalkara
Nhar is-27 ta’ Ottubru 1830, il-propjetà li kienet tikkonsisti minn żewġ djar bin-numri 22 u 25 fuq l-għolja tas-Santissimu Salvatur inxtrat mingħand Salvatore Pirotti, bl-ewwel dar għal 1950 skud u l-oħra 1202 skud. Pjanti li kienu saru minn Giuseppe Bonavia u Salvatore Xerri xi snin qabel ma nstabux, iżda mid-deskrizzjoni u l-post li ssemmha fl-Atti…