L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li siġra fi traffic island ġewwa Triq Marina, li kien ġralha l-ħsara waqt maltempata ftit tal-ġimgħat ilu, ġiet irranġata u mqegħdha lura f’postha. L-Assoċjazzjoni ħasset il-ħtieġa li ssemma’ leħinha dwar dan mal-persuni konċernati, u għalkemm jidher li kien hemm xi reżistenza, it-talba tagħha ġiet milqugħa. Ħajr speċjali lill-Environmental Landscapes Consortium…
Author: wirtilkalkara
Tifkira tal-Vittmi tal-Gwerra 2019
Delegazzjoni mill-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara illum ħadet sehem fil-Kommemorazzjoni tal-Vittmi Kalkariżi tat-Tieni Gwerra Dinjija, attività mtella’ mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara. Propju bħal-lum, 24 ta’ Marzu fis-sena 1942 seħħet waħda mill-agħar traġedji fl-istorja riċenti tal-Kalkara, bil-mewt ta’ 23 ruħ f’xelter li kien jinstab Triq Patist Borda. Dan minbarra għadd kbir ta’ traġedji oħra li seħħew matul dak iż-żmien,…
L-Ismijiet tat-Toroq fil-Kalkara
Bħala parti mir-rakkommandazzjonijiet li l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara wettqet fil-konfront tal-Istrateġija tal-Kottonera, matul il-ġimgħa li għaddiet ġie ppreżentat rapport lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara dwar suġġerimenti għal tibdil f’xi ismijiet tat-toroq fil-lokalità. L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara temmen li wasal iż-żmien li ammont ta’ toroq fil-Kalkara jingħataw isem ġdid, dan l-iżjed bħala rifless ta’ toroq ġodda li sal-lum jinsabu mingħajr…
Il-Forti Ricasoli, ħsarat wara l-maltemp
Intervista lis-Segretarju Duncan Brincat u lill-Kaxxiera Josette Deguara mil-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara li saret minn Quinton Scerri u Clara Farrugia dwar il-Forti Ricasoli matul il-programm TVAM fuq TVM imxandar nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Marzu 2019. Kull dritt riservat lil TVM u l-produtturi. [youtube https://www.youtube.com/watch?v=TFo4OXhaOps&w=560&h=315] Ħadna xokk kbir meta rajna l-istat li qegħdha fih il-forti – Josette…
‘It-Taraġ’ fir-Roundabout tar-Rnella
It-Taraġ huwa xogħol artistiku pubbliku maħluq biex joħloq dibattitu soċjali: l-iskultur ried li jiġbed l-udjenza pubblika ġenerali u mhux dik li s-soltu naraw f’mużewijiet jew gallariji tal-arti. It-Taraġ jirrifletti s-soċjetà preżenti tagħna, l-istruttura tal-ħadid tirrifletti s-soċjetà magħquda b’saħħitha tagħna u l-akkwisti tagħha fl-aħħar ħamsin sena, iċ-ċangaturi tal-konkrit huma rappreżentattivi tal-ġlidiet u l-formazzjonijiet storiċi ta’ Malta….
Ritratti antiki tal-Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tixtieq tagħmel appell ġenerali lill-Kalkariżi u fotografi oħra biex min għandu ritratti antiki tal-Kalkara jagħmel kuntatt magħna biex jgħaddilna dawn ir-ritratti biex aħna nkunu nistgħu nagħmlu kopja tagħhom u nerġgħu nirritornawhom lura mill-iktar fis possibli. B’dan l-għan inkunu qed nikkollezzjonaw il-wirt storiku ta’ raħalna, u b’mod diġitali naqsmuhom ma’ kulħadd. Kull min…
L-Arbli tar-Rnella
Kitba ta’ Lorenzo Zahra L-arbli twal li jinsabu fil-Bajja tar-Rnella kienu għal bosta snin jitqiesu bħala l-landmark tal-Kalkara. Minħabba li matul is-seklu li għadda, is-seklu 20, kien ivvintat it-telegrafu, is-Servizzi Ingliżi kienu minnufih ħasbu li fil-bażi ta’ difiża li kellhom fil-gżira tagħna jistabbilixxu stazzjon b’dan l-għan u għalhekk kien magħżul il-post fil-Kalkara magħruf bħala l-Wied…
Laqgħa Ġenerali Annwali 2019
Nixtiequ ninfurmaw lis-soċji li l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara qed issejjaħ il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha għal nhar l-Erbgħa 23 ta’ Jannar 2019 fis-7.00pm. Il-laqgħa se ssir fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Kalkara (maġenb il-Knisja Parrokkjali). Għal din il-laqgħa jistgħu jitressqu emendi għall-istatut kif ukoll nominazzjonijiet għall-membri tal-Kumitat il-ġdid għal din is-sena, hekk kif jitlob l-Istatut tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara. Is-soċji nominati jrid ikollhom il-menswalità…
Awguri għall-Milied Hieni 2018
Il-President flimkien mall-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jixtiequ jawguraw lis-soċji u lill-Kalkariżi kollha l-isbaħ xewqat għal dawn iż-żminijiet ta’ festi. Inħeġġukom sabiex tagħmlu mezz li f’dawn il-ġranet iżżuru anzjani jew persuni vulnerabbli li jgħixu weħidhom. Grazzi u awguri!
Proposti għal Kalkara aħjar
Matul ix-xahar ta’ Novembru, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ppreżentat dokument ta’ proposti dwar il-Kalkara lill-Onorevoli Glenn Bedingfield bħala parti mis-sejħa li saret għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija tal-Kottonera. L-Assoċjazzjoni, filwaqt li apprezzat li din l-istrateġija proposta mhux biss tinkludi fiha t-tliet ibliet li storikament iffurmaw il-Kottonera iżda ukoll il-Kalkara, saħqet li kien ilu jinħass il-bżonn li din…