L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li siġra fi traffic island ġewwa Triq Marina, li kien ġralha l-ħsara waqt maltempata ftit tal-ġimgħat ilu, ġiet irranġata u mqegħdha lura f’postha.
L-Assoċjazzjoni ħasset il-ħtieġa li ssemma’ leħinha dwar dan mal-persuni konċernati, u għalkemm jidher li kien hemm xi reżistenza, it-talba tagħha ġiet milqugħa. Ħajr speċjali lill-Environmental Landscapes Consortium Limited (ELC) tal-għajnuna u l-ħidma tagħhom, lill-Kunsill Lokali u diversi residenti li ħadu interess.
Flimkien inkomplu naħdmu biex jixxettlu u nieħdu ħsieb siġar indiġeni li ma jagħmlux ħsara lill-abitat naturali fil-Kalkara.