Kitba minn Maltascapes, Maltaramc u Maltagc70 Il-Batterija ta’ San Pietru hija batterija ta’ l-Artillerija Brittanika Kontra l-Ajruplani, mibnija u użata mill-Imperu Ingliż għad-difiża ta’ Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija. Il-batterija kienet armata b’erbgħa kanuni QF ta’ 4.5 pulzieri f’formazzjoni semi-ċirkolari. F’kull post fejn jitqiegħdu dawn il-kanuni kien jinkludi 3 kontenituri għall-munizzjon tal-konkrit u akkomodazzjoni jew kenn…
Author: wirtilkalkara
The Malta and Mediterranean Gas Company
Kitba min The Malta Grand Harbour and its Dockyard ta’ Joseph Bonnici u Michael Cassar Il-gass kien il-bidu tal-kummerċ estensiv tal-faħam f‘Malta. Fl-1854 il-Malta and Mediterranean Gas Company ingħatat konċessjoni ta‘ 99 sena biex twaqqaf impjanti fil-Kalkara u l-Marsa biex tipproduċi gass tal-faħam għat-tisħin, dawl u tisjir. Ix-xogħlijiet fil-Kalkara ma kinux popolari u l-Kumpanija, miċħuda sit…
Il-Proġett tal-Kalkara Heritage Trail
Data tal-Proġett: 15 ta’ Jannar 2021 Sa mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ntweriet ix-xewqa biex fil-lokalità jsir Heritage Trail madwar ir-raħal kollu. Dan il-proġett tniżżel bħala prijorità fil-lista ta’ proġetti mill-Kumitat tad-Direzzjoni fil-laqgħa numru 5 li saret nhar it-Tnejn 30 ta’ Ottubru 2017. Nhar is-7 ta’ Jannar 2020, il-Fondazzjoni GalXlokk ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-proġetti mill-fondi Ewropej…
Inawgurazzjoni ta’ Heritage Trail u Mappa Turistika tal-Kalkara
Il-proġett tal-Heritage Trail fil-Kalkara ġie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji, Clifton Grima flimkien mall-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara. Dan il-proġett jikkonsisti fi 15-il stand tal-istainless steel imwaħħla f’siti importanti fil-Kalkara, u b’informazzjoni mnaqqxa fuqhom bil-Malti u bl-Ingliż, kif ukoll kodiċi QR li jwassal lill-utent għal ritratti…
Heritage Trail fil-Kalkara
Matul dawn l-aħħar xhur l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ħadmet qatiegħ fuq il-proġett tal-‘Kalkara Heritage Trail’, mixja madwar il-Kalkara fejn f’diversi nħawi storiċi tar-raħal twaħħlu b’mod permanenti 15-il information stand tal-istainless steel b’informazzjoni storika bil-Malti u bl-Ingliż. Kull plakka għandha ukoll QR code li permezz tiegħu tista’ taċċessa iżjed informazzjoni u ritratti dwar kull sit storiku. It-twaħħil…
Il-Milied u s-Sena t-tajba
Il-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jixtieq jawgura lil kulħadd il-Milied u s-Sena t-tajba. Ħajr lil kull min tana l-għajnuna fit-twettiq tal-ħidma tagħna matul l-aħħar sena. (Grafika ta’ Andre Gatt) The Committee of Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara would like to wish everyone a merry Christmas and a Happy New Year. Special thanks go to all those who supported…
Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara
Data tal-Proġett: 19 ta’ Ottubru 2020 Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara, huwa proġett bl-għan li jiċċelebra l-identità soċjokulturali, l-istorja u l-memorja kollettiva tal-Kalkara. Wara proċess ta’ ko-kreazzjoni, li beda f’Jannar 2020 u dam għal għaxar xhur, numru ta’ membri mill-komunità Kalkariża jirrakuntaw l-istejjer u l-esperjenzi tar-raħal waqt li jaqsmu l-ħiliet u s-snajja’ tagħhom bħala…
Laqgħa mal-Ministru Onor. Dr. Josè Herrera
Matul l-aħħar jiem delegazzjoni mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellha laqgħa mal-Onor. Dr. Josè Herrera, Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Fost it-temi li ġew diskussi nsibu r-restawr u l-manutenzjoni tal-Forti Ricasoli fejn l-Onor. Dr. Herrera mhux biss tkellem dwar l-inizjattivi u l-ħidma li għaddejja bħalissa, iżda sostna l-impenn tiegħu li jinstabu fondi biex…
Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara
Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara, huwa proġett bl-għan li jiċċelebra l-identità soċjo-kulturali, l-istorja u l-memorja kollettiva tal-Kalkara. Wara proċess ta’ ko-kreazzjoni li ilu għaddej minn Jannar, numru ta’ membri mill-komunità Kalkariża jirrakuntaw l-istejjer u l-esperjenzi tar-raħal waqt li jaqsmu l-ħiliet u s-snajja’ tagħhom bħala parti minn mixja esperjenzali miftuħa għall-pubbliku – b’mod speċjali għall-familji…
Restawr tal-Forti Ricasoli
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjoni il-ħidma kbira ta’ restawr li għaddejja matul din is-sena fuq diversi binjiet li jiffurmaw parti mill-Forti Ricasoli. Kienet l-istess Assoċjazzjoni li fl-2018 bdiet kampanja ta’ informazzjoni u għarfien dwar il-ħtieġa li jsir restawr komprensiv fuq dan l-ikbar forti fl-Ewropa. L-Assoċjazzjoni ħadet ħsieb li tħejji rapport tad-diversi ħsarat li jeżistu u…