Kitba ta’ Denis A. Darmanin Nhar id-19 ta’ Diċembru 1861, il-Qorti Marzjali Militari imlaqqha fil-Kwartieri Ġenerali tal-Armata Britannika ġewwa l-Berġa ta’ Kastilja fil-Belt Valletta, sabet l-artillier Nru. 554 John Edwards ħati ta’ attentat ta’ qtil.1 L-inċident kien seħħ fil-misraħ tal-kwartieri fil-Forti Sant Iermu,2 il-post fejn Edwards, li kien membru tat-3 Brigata tar-Royal Artillery, fejn kien…
Tag: wirtilkalkara
Laqgħa mal-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat
Nhar it-Tnejn 27 ta’ Awwissu rappreżentanza mill-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellha laqgħa kordjali mal-Prim Ministru ta’ Malta Dr. Joseph Muscat fil-Berġa ta’ Kastilja, fejn matulha ġie preżentat ir-rapport li l-istess Assoċjazzjoni ħejjiet dwar il-Forti Ricasoli. Matul din il-laqgħa l-Assoċjazzjoni spjegat il-ħtieġa li jsiru xogħlijiet ta’ emerġenza fil-Forti Ricasoli, speċjalment f’żoni li jinsabu f’periklu kbir minn…
Ippreżentat ir-rapport dwar il-Forti Ricasoli
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li tneħħa l-periklu tal-kontaminazzjoni tal-baħar wara l-Forti Ricasoli fil-Kalkara, liema periklu kien ġie rrappurtat ftit tal-jiem ilu. L-Assoċjazzjoni ġiet infurmata li l-pajp li kien hemm u li kien qed jarmi likwidu iswed issa tneħħa mill-awtoritajiet kompetenti. Dan intqal waqt laqgħa li l-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellu mal-Onorevoli Glenn Bedingfield, li…
Rimi ta’ likwidu maħmuġ taħt il-Forti Ricasoli
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ġiet mgħarrfa bil-video li nxtered fuq il-media soċjali li juri l-isfreġju ambjentali li qed isir b’mod kontinwu u mistur fuq il-kosta ta’ wara tal-Forti Ricasoli għal ġol-baħar tal-madwar. Dan mhux biss jidher li huwa mingħajr il-permessi meħtieġa u għalhekk illegali, iżda huwa ukoll ta’ dannu ambjentali għaż-żona kollha u dawk li jagħmlu…
Djarju tal-Kalkara fil-Gwerra
Din is-sena (2018) jaħbat is-sitta u sebgħin sena anniversarju mit-tiġrif tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara. Madankollu, ma kienetx biss id-data tal-10 ta’ April 1942 li ġerrħet lil dan ir-raħal fil-Port il-Kbir ta’ Malta. Propju minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu u anki l-imkejjen Brittanniċi li kienu jinsabu ġo fih, kienu bosta dawk l-attakki li saru u li ħallew il-marka…
Laqgħa mas-Sindku tal-Kalkara
Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Mejju rappreżentanza mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara attendiet għal-laqgħa kordjali ta’ introduzzjoni mas-Sindku tal-Kalkara, is-Sinjura Speranza Chircop. Matul din il-laqgħa, li saret ġewwa l-muniċipju tal-lokalità, ġew diskussi diversi temi ta’ interess komuni, fosthom il-Forti Ricasoli, ir-restawr meħtieġ ta’ postijiet storiċi fil-Kalkara u proġetti futuri li l-Assoċjazzjoni daħlet għalihom. Il-President, is-Sur Ivan…
#savefortricasoli
Built by the Knights of the Order of Saint John between 1670 and 1698, Fort Ricasoli in Kalkara commands the entrance to the Grand Harbour of Malta. Named after Fra Giovanni Francesco Ricasoli who generously donated towards its construction, it is the largest fort in Malta, one of the largest in Europe and has been…