L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara qed tagħmel pressjoni kbira sabiex il-Forti Rikażli ma tintilifx darba għal dejjem – NET News
Category: Uncategorized
Laqgħa Kordjali mal-Onor. Glenn Bedingfield
Nhar it-Tlieta 13 ta’ Marzu fil-binja tal-Parlament Malti rappreżentanza mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara iltaqgħet b’mod kordjali mal-Onor. Glenn Bedingfield, Membru Parlamentari li fl-aħħar jiem ġie maħtur biex imexxi tim ta’ strateġija għall-Kottonera u l-madwar. Huwa spjega li din l-istrateġija hija mmirata għal effetti immedjati u oħrajn li se jinħassu matul iż-żmien, iżda qal ukoll…
Il-Forti Ricasoli Kalkara – Illum
Il-wirt storiku tagħna. Imprezzabbli. Qed jaqa’ biċċiet quddiem għajnejna. Se nsalvawh? Is-segretarju tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jiżvela s-sitwazzjoni inkwetanti li tinsab fiha l-akbar fortifikazzjoni ta’ Malta. Intervista ta’ Liam Carter. Kull dritt riservat lil Illum u l-produtturi.
Sejħa Għal Soċi Ġodda
Tixtieq tagħmel differenza fil-Kalkara? Għandek xewqa li flimkien naħdmu u nsemmgħu leħinna għall-ġid ta’ raħalna? Jekk iva, inħeġġuk biex tingħaqad mal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara. Kull ma għandek tagħmel biex tapplika huwa li tipprintja l-applikazzjoni li tidher ma’ din il-kitba u timlieha bid-dettalji tiegħek. L-applikazzjoni mimlija tista’ tingħata lil wieħed mill-membri tal-Kumitat tad-Direzzjoni, tintbagħat email fuq wirtilkalkara@gmail.com…
L-isbaħ xewqat għas-sena 2018
L-isbaħ xewqat għas-sena 2018 mingħand il-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara. Awguri
Titwaqqaf l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara
Matul ix-xahar ta’ Ottubru twaqqfet b’mod uffiċjali l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, organizzazzjoni volontarja reġistrata mal-Uffiċċju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji, bl-għan prinċipali li sservi ta’ pjattaforma għal inizjattivi immirati lejn aktar għarfien tar-raħal tal-Kalkara u twettiq ta’ proġetti immirati għall-komunità. Matul dan ix-xahar, membri mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellhom laqgħa ta’ kortesija mal-Onor. Dr. Clifton Grima, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ,…