L-artiklu li ħejjiet l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara fuq il-gazzetta ‘In-Nazzjon’ nhar it-Tlieta 4 ta’ Ġunju 2019 dwar l-istat li preżentement jinsab fih il-Forti Ricasoli. Agħfas fuq l-istampa biex tiftaħ l-artiklu.
Category: Uncategorized
Kunsill ġdid għall-Kalkara
Il-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jawgura ħidma sfieqa b’risq il-Kalkara lil dawk il-persuni kollha eletti fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali 2019. Il-Kumitat jifraħ lil Wayne Aquilina għall-ħatra tiegħu bħala Sindku, lil Vince Bongailas għall-ħatra tiegħu bħala Viċi-Sindku u lil Christopher Bruno, Speranza Chircop u Maria Sultana bħala Kunsillieri. Il-Kumitat iħoss ukoll li għandu jirringrazzja lil dawk il-kandidati…
Masġar Kostali ġdid fil-Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li f’dawn l-aħħar ġranet tħawlu 120 siġra tal-bruka fiż-żona miftuħa madwar il-Forti Rinella fil-Kalkara. Dan sar mill-Fondazzjoni Wirt Artna, li tieħu ħsieb l-istess forti, permezz ta’ donazzjoni ta’ siġar minn Infrastructure Malta bħala parti mill-obligazzjoni tal-ippjanar għal rilokazzjoni u tħawwil mill-ġdid ta’ siġar li nqalgħu waqt ix-xogħlijiet f’toroq madwar Malta….
Jinġabar l-ewwel Seabin fil-Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li matul l-aħħar jiem inġabru l-fondi kollha meħtieġa sabiex isir is-Seabin fix-Xatt tal-Kalkara. Dan il-proġett inħoloq mill-NGO ‘Żibel’ bl-għan li jinġabru l-fondi kollha meħtieġa biex madwar il-kosta tal-Kalkara jsiru Seabins biex jinġabar ħmieġ li jakkumula fil-baħar. Fost dan il-ħmieġ insibu ammont kbir ta’ plastik li qed jagħmel ħsara kbira lill-ħlejjaq…
Nieħdu ħsieb l-ambjent naturali
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li siġra fi traffic island ġewwa Triq Marina, li kien ġralha l-ħsara waqt maltempata ftit tal-ġimgħat ilu, ġiet irranġata u mqegħdha lura f’postha. L-Assoċjazzjoni ħasset il-ħtieġa li ssemma’ leħinha dwar dan mal-persuni konċernati, u għalkemm jidher li kien hemm xi reżistenza, it-talba tagħha ġiet milqugħa. Ħajr speċjali lill-Environmental Landscapes Consortium…
Tifkira tal-Vittmi tal-Gwerra 2019
Delegazzjoni mill-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara illum ħadet sehem fil-Kommemorazzjoni tal-Vittmi Kalkariżi tat-Tieni Gwerra Dinjija, attività mtella’ mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara. Propju bħal-lum, 24 ta’ Marzu fis-sena 1942 seħħet waħda mill-agħar traġedji fl-istorja riċenti tal-Kalkara, bil-mewt ta’ 23 ruħ f’xelter li kien jinstab Triq Patist Borda. Dan minbarra għadd kbir ta’ traġedji oħra li seħħew matul dak iż-żmien,…
L-Ismijiet tat-Toroq fil-Kalkara
Bħala parti mir-rakkommandazzjonijiet li l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara wettqet fil-konfront tal-Istrateġija tal-Kottonera, matul il-ġimgħa li għaddiet ġie ppreżentat rapport lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara dwar suġġerimenti għal tibdil f’xi ismijiet tat-toroq fil-lokalità. L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara temmen li wasal iż-żmien li ammont ta’ toroq fil-Kalkara jingħataw isem ġdid, dan l-iżjed bħala rifless ta’ toroq ġodda li sal-lum jinsabu mingħajr…
Il-Forti Ricasoli, ħsarat wara l-maltemp
Intervista lis-Segretarju Duncan Brincat u lill-Kaxxiera Josette Deguara mil-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara li saret minn Quinton Scerri u Clara Farrugia dwar il-Forti Ricasoli matul il-programm TVAM fuq TVM imxandar nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Marzu 2019. Kull dritt riservat lil TVM u l-produtturi. [youtube https://www.youtube.com/watch?v=TFo4OXhaOps&w=560&h=315] Ħadna xokk kbir meta rajna l-istat li qegħdha fih il-forti – Josette…
Ritratti antiki tal-Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tixtieq tagħmel appell ġenerali lill-Kalkariżi u fotografi oħra biex min għandu ritratti antiki tal-Kalkara jagħmel kuntatt magħna biex jgħaddilna dawn ir-ritratti biex aħna nkunu nistgħu nagħmlu kopja tagħhom u nerġgħu nirritornawhom lura mill-iktar fis possibli. B’dan l-għan inkunu qed nikkollezzjonaw il-wirt storiku ta’ raħalna, u b’mod diġitali naqsmuhom ma’ kulħadd. Kull min…
Laqgħa Ġenerali Annwali 2019
Nixtiequ ninfurmaw lis-soċji li l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara qed issejjaħ il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha għal nhar l-Erbgħa 23 ta’ Jannar 2019 fis-7.00pm. Il-laqgħa se ssir fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Kalkara (maġenb il-Knisja Parrokkjali). Għal din il-laqgħa jistgħu jitressqu emendi għall-istatut kif ukoll nominazzjonijiet għall-membri tal-Kumitat il-ġdid għal din is-sena, hekk kif jitlob l-Istatut tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara. Is-soċji nominati jrid ikollhom il-menswalità…