Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara, huwa proġett bl-għan li jiċċelebra l-identità soċjo-kulturali, l-istorja u l-memorja kollettiva tal-Kalkara. Wara proċess ta’ ko-kreazzjoni li ilu għaddej minn Jannar, numru ta’ membri mill-komunità Kalkariża jirrakuntaw l-istejjer u l-esperjenzi tar-raħal waqt li jaqsmu l-ħiliet u s-snajja’ tagħhom bħala parti minn mixja esperjenzali miftuħa għall-pubbliku – b’mod speċjali għall-familji…
Category: Uncategorized
Restawr tal-Forti Ricasoli
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjoni il-ħidma kbira ta’ restawr li għaddejja matul din is-sena fuq diversi binjiet li jiffurmaw parti mill-Forti Ricasoli. Kienet l-istess Assoċjazzjoni li fl-2018 bdiet kampanja ta’ informazzjoni u għarfien dwar il-ħtieġa li jsir restawr komprensiv fuq dan l-ikbar forti fl-Ewropa. L-Assoċjazzjoni ħadet ħsieb li tħejji rapport tad-diversi ħsarat li jeżistu u…
Heritage Trail fil-Kalkara
Matul l-aħħar ġranet l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ffirmat il-kuntratt li permezz tiegħu matul ix-xhur li ġejjin se tidħol għal proġett taħt Miżura 3 ‘Promotion of the Cultural Heritage’ konfinanzjat minn fondi Ewropej permezz tal-programm LEADER bħala parti mill-Programm ta’ Żvilupp Rurali 2014-2020. Il-proġett għandu l-għan li joħloq ‘heritage trail’ tal-aktar siti importanti fil-Kalkara u hekk joħloq…
Tiġdid il-ġrajja
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara għadha kif ippubblikat il-ktieb ‘Tiġdid il-ġrajja: Dokumentazzjoni tar-restawr tar-rakkmu tal-ventartal prinċipali tal-artal maġġur tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp tal-Kalkara fuq sfond storiku’, kitba u riċerka tal-Kav. Duncan Brincat. Dan il-ktieb ġie ppubblikat bħala parti mill-proġett li l-Assoċjazzjoni wettqet parzjalment iffinanzjat mill-programm LEADER tal-Unjoni Ewropeja. Il-ktieb huwa miktub bil-Malti u bl-Ingliż. Din il-pubblikazzjoni…
Press Release: PA3758/19
Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara is hereby issuing the following Press Release in relation to PA3758/19, aiming to divulge information and facts regarding the permit issued last Friday. Works To demolish existing disused dwelling, excavate and construct 10 garages and a substation at basement level, 4 maisonettes at ground floor level, 12 apartments at first, second and…
Reduce your Risk of Covid19 Infection
Ikompli l-proġett tar-restawr tal-ventartal
Fil-ġranet li għaddew il-Project Leader tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara Duncan Brincat flimkien mall-Kappillan tal-Parroċċa San Ġużepp tal-Kalkara Fr. Brian Gialanzè żaru l-laboratorji tad-ditta Atelier del Restauro biex jaraw x-xogħol tar-restawr u preservazzjoni li qed isir bħalissa l-ventartal irrakmat tal-artal maġġur tal-istess Knisja. Is-Sa. Valentina Lupo, rappreżentanta tal-istess ditta, spjegat l-andament tax-xogħol meħtieġ, il-proċessi li kienu qed…
Jibda’ r-restawr tal-Forti Ricasoli
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li f’dawn l-aħħar xhur bdew ix-xogħlijiet preliminari ta’ restawr fil-Forti Ricasoli. Il-ħidma li saret u qed issir tikkonsisti f’rimi ta’ skart u materjal ieħor mill-Cleansing and Maintenance Division tal-Gvern, kif ukoll tqegħid ta’ scaffolding u bidu ta’ restawr fuq l-istruttura magħrufa bħala casemated battery mid-Direttorat tar-Restawr. L-Assoċjazzjoni ilha għal dawn…
Idħol soċju magħna!
Matul l-aħħar ġimgħat l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ħadet ħsieb li jitqassam fuljett ta’ informazzjoni dwar il-Kalkara u l-Assoċjazzjoni fid-djar kollha Kalkariżi. Il-fuljett jinkludi formola sabiex persuna tkun tista’ tidħol soċju mal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara. Ir-rispons kien wieħed inkoraġġanti ħafna, u għalhekk dan l-appell qegħdin issa nestenduh b’mod diġitali permezz ta’ din il-website. Biex tingħaqad magħna fl-Assoċjazzjoni tista’…
Jum il-Kalkara 2019
Nhar it-Tlieta 10 ta’ Diċembru, il-Kunsill Lokali tal-Kalkara organizza l-attività annwali fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara. Filgħaxija saret parata mill-Iscouts flimkien ma’ mixja bis-sehem ta’ dinjitarji minn Misraħ Arċisqof Gonzi sa Pjazza Sagra Familja. Preżenti għal din il-mixja kien hemm is-Sindku Wayne Aquilina, l-Onor. Glenn Bedingfield, il-President tar-Reġjun Xlokk Paul Farrugia, Kunsilliera tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara, rappreżentanti…