L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ġiet mgħarrfa bil-video li nxtered fuq il-media soċjali li juri l-isfreġju ambjentali li qed isir b’mod kontinwu u mistur fuq il-kosta ta’ wara tal-Forti Ricasoli għal ġol-baħar tal-madwar. Dan mhux biss jidher li huwa mingħajr il-permessi meħtieġa u għalhekk illegali, iżda huwa ukoll ta’ dannu ambjentali għaż-żona kollha u dawk li jagħmlu…
Category: Aħbarijiet
Awguri liż-żewġ każini tal-Banda
Il-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jieħu l-okkażjoni biex jawgura l-isbaħ xewqat għall-festa liż-żewġ għaqdiet mużikali tal-Kalkara: l-Għaqda Mużikali San Ġużepp u ċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja. L-Assoċjazzjoni trodd ħajr lil dawn iż-żewġ għaqdiet Kalkariżi tal-ħidma kbira li jwettqu matul is-sena kollha, b’mod speċjali fit-tisħiħ tal-kultura f’raħalna. Fir-ritratti jidhru l-President u s-Segretarju tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara…
Forti Ricasoli – Intervent mill-Onor. Glenn Bedingfield fil-Parlament Malti
Waqt Intervent mill-Onor. Glenn Bedingfield fil-Parlament Malti dwar il-bżonn kbir ta’ restawr tal-Forti Ricasoli nhar il-5 ta’ Ġunju 2018, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tissemma’ dwar il-ħidma li qed issir flimkien biex din il-ġawrha tiġi restawrata u tingħata użu adegwat kif jixraqilha. Kull dritt riservat: Parlament ta’ Malta
Laqgħa mas-Sindku tal-Kalkara
Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Mejju rappreżentanza mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara attendiet għal-laqgħa kordjali ta’ introduzzjoni mas-Sindku tal-Kalkara, is-Sinjura Speranza Chircop. Matul din il-laqgħa, li saret ġewwa l-muniċipju tal-lokalità, ġew diskussi diversi temi ta’ interess komuni, fosthom il-Forti Ricasoli, ir-restawr meħtieġ ta’ postijiet storiċi fil-Kalkara u proġetti futuri li l-Assoċjazzjoni daħlet għalihom. Il-President, is-Sur Ivan…
X’inhu l-Forti Ricasoli? X’jista’ jsir? – Espresso fuq One Tv
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tibqa’ titkellem u tħeġġeġ biex dan l-ikbar forti ta’ pajjiżna, saħansitra wieħed mill-ikbar fl-Ewropa, jiġi restawrat filwaqt li jinstab użu alternattiv għalih sabiex tingħata lura lilu d-dinjità li verament jixraqlu fid-daħla tal-Port il-Kbir. Intervista lis-Segretarju Duncan Brincat minn Wayne Aquilina dwar il-Forti Ricasoli matul il-programm Espresso fuq One TV imxandar nhar il-Ġimgħa…
Ftuħ tal-Club-House ta’ Kalkara F.C.
Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kienet mistiedna għas-serata tal-ftuħ uffiċjali tal-Clubhouse tal-Kalkara Football Club fi Triq il-Missjoni Taljana. Matul din l-okkażjoni saru diskorsi mill-President tal-Kalkara Football Club is-Sur Rodney Degiorgio, mill-President tal-Malta Football Association is-Sur Norman Darmanin Demajo, mill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma l-Onor. Joe Mizzi u mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali…
#savefortricasoli
Built by the Knights of the Order of Saint John between 1670 and 1698, Fort Ricasoli in Kalkara commands the entrance to the Grand Harbour of Malta. Named after Fra Giovanni Francesco Ricasoli who generously donated towards its construction, it is the largest fort in Malta, one of the largest in Europe and has been…
Ir-Restawr tal-Kolonna fi Triq Santa Liberata
Il-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jinnota bi pjaċir li nbeda r-restawr meħtieġ fuq il-kolonna antika li tinsab fi Triq Santa Liberata, il-Kalkara. Dan ir-restawr qed isir mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali, wara li din l-istess kolonna kienet ġiet vandalizzata u sarilha ħsara fil-bidu ta’ Jannar li għadda. Il-kolonna li għadna naraw…
Kommemorazzjoni tal-Vittmi Kalkariżi tal-Gwerra
Delegazzjoni mill-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara illum ħadet sehem fil-Kommemorazzjoni tal-Vittmi Kalkariżi tat-Tieni Gwerra Dinjija, serata mtella’ mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara. Propju bħal-lum, 24 ta’ Marzu fis-sena 1942 seħħet waħda mill-agħar traġedji fl-istorja riċenti tal-Kalkara, bil-mewt ta’ 23 ruħ f’xelter li kien jinstab Triq Patist Borda. Dan minbarra għadd kbir ta’ traġedji oħra li seħħew matul dak iż-żmien,…
Tħassib li l-Forti Rikażli tikkrolla – Net Tv
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara qed tagħmel pressjoni kbira sabiex il-Forti Rikażli ma tintilifx darba għal dejjem – NET News