Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara is hereby issuing the following Press Release in relation to PA3758/19, aiming to divulge information and facts regarding the permit issued last Friday. Works To demolish existing disused dwelling, excavate and construct 10 garages and a substation at basement level, 4 maisonettes at ground floor level, 12 apartments at first, second and…
Category: Aħbarijiet
Reduce your Risk of Covid19 Infection
Ikompli l-proġett tar-restawr tal-ventartal
Fil-ġranet li għaddew il-Project Leader tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara Duncan Brincat flimkien mall-Kappillan tal-Parroċċa San Ġużepp tal-Kalkara Fr. Brian Gialanzè żaru l-laboratorji tad-ditta Atelier del Restauro biex jaraw x-xogħol tar-restawr u preservazzjoni li qed isir bħalissa l-ventartal irrakmat tal-artal maġġur tal-istess Knisja. Is-Sa. Valentina Lupo, rappreżentanta tal-istess ditta, spjegat l-andament tax-xogħol meħtieġ, il-proċessi li kienu qed…
Jibda’ r-restawr tal-Forti Ricasoli
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li f’dawn l-aħħar xhur bdew ix-xogħlijiet preliminari ta’ restawr fil-Forti Ricasoli. Il-ħidma li saret u qed issir tikkonsisti f’rimi ta’ skart u materjal ieħor mill-Cleansing and Maintenance Division tal-Gvern, kif ukoll tqegħid ta’ scaffolding u bidu ta’ restawr fuq l-istruttura magħrufa bħala casemated battery mid-Direttorat tar-Restawr. L-Assoċjazzjoni ilha għal dawn…
Idħol soċju magħna!
Matul l-aħħar ġimgħat l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ħadet ħsieb li jitqassam fuljett ta’ informazzjoni dwar il-Kalkara u l-Assoċjazzjoni fid-djar kollha Kalkariżi. Il-fuljett jinkludi formola sabiex persuna tkun tista’ tidħol soċju mal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara. Ir-rispons kien wieħed inkoraġġanti ħafna, u għalhekk dan l-appell qegħdin issa nestenduh b’mod diġitali permezz ta’ din il-website. Biex tingħaqad magħna fl-Assoċjazzjoni tista’…
Jum il-Kalkara 2019
Nhar it-Tlieta 10 ta’ Diċembru, il-Kunsill Lokali tal-Kalkara organizza l-attività annwali fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara. Filgħaxija saret parata mill-Iscouts flimkien ma’ mixja bis-sehem ta’ dinjitarji minn Misraħ Arċisqof Gonzi sa Pjazza Sagra Familja. Preżenti għal din il-mixja kien hemm is-Sindku Wayne Aquilina, l-Onor. Glenn Bedingfield, il-President tar-Reġjun Xlokk Paul Farrugia, Kunsilliera tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara, rappreżentanti…
Jibda’ r-restawr tal-ventartal
Wara li ftit inqas minn xahar ilu l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ffirmat il-kuntratt li permezz tiegħu se jsir proġett ta’ restawr ta’ ventartal irrakmat kofinanzjat minn fondi Ewropej, matul l-aħħar ġranet intgħażlet id-ditta ta’ restawraturi professjonali li ser ikunu qed jagħmlu dan ix-xogħol permezz tas-sejħa pubblika li għamlet l-istess Assoċjazzjoni. Għas-sejħa ta’ stimi AWK/GLX/001/2019 ġiet magħżula…
Jitħawlu 75 siġra madwar il-Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara bl-għajnuna tal-organizzazzjoni volontarja Saġġar, nhar is-Sibt 30 ta’ Novembru ħadet ħsieb li jitħawlu 75 siġra indiġena Maltija f’inħawi differenti tal-Kalkara. Il-ħidma wara din l-inizjattiva bdiet diversi xhur ilu meta l-Assoċjazzjoni uriet il-ħsieb li jitħawlu siġar f’żoni b’ħamrija li kienu vojta. L-organizzazzjoni Saġġar, li preżentement qegħdha tikkordina proġett nazzjonali ta’ din ix-xorta,…
Fondi Ewropej għal Proġett ta’ Restawr
Matul din il-ġimgħa l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ffirmat il-kuntratt li permezz tiegħu matul ix-xhur li ġejjin se tidħol għal proġett ta’ restawr konfinanzjat minn fondi Ewropej permezz tal-programm LEADER bħala parti mill-Programm ta’ Żvilupp Rurali 2014-2020. Fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp tal-Kalkara nsibu ċentru ta’ ventartal irrakmat bl-idejn li għandu bżonn restawr professjonali. Din l-opra kienet tintuża…
“Għaddi” – an experiential walk through Kalkara
Matul din il-ġimgħa l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ffirmat il-kuntratt li permezz tiegħu matul is-sena d-dieħla ser tkun qed tniehdi l-proġett bl-isem: “Għaddi” – an experiential walk through Kalkara. Dan il-proġett kien sottomess bħala applikazzjoni tal-fond Creative Communities mnhiedi mill-Kunsill Malti għall-Arti, liema applikazzjoni ġiet ikklassifikata fl-ewwel post minn dawk kollha sottomessi f’din l-edizzjoni. Il-proġett għandu l-għan…