Kitba tal-Kav. Duncan Brincat Għall-ħabta tal-1733 il-Patrijiet Kapuċċini Maltin li kienu ilhom għal 145 sena jagħmlu parti mill-Provinċja ta’ Sirakuża fi Sqallija, ħassew li kien wasal iż-żmien li jiffurmaw kustodja għalihom taħt il-Ġeneral tal-Ordni. Dan aċċetta din it-talba bil-kundizzjoni li huma jibnu żewġ kunventi oħra fil-gżejjer Maltin. Il-Patrijiet Maltin laqgħu din l-isfida u tliet snin…
Author: wirtilkalkara
Il-Proġett tal-Ventartal
Data tal-Proġett: 11 ta’ Lulju 2022 Il-ħidma fuq il-proġett tal-Ventartal fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp fil-Kalkara li ħadet ħsieb li twettaq l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, kienet maqsuma f’żewġ fażijiet li saru flimkien. Il-ħidma fuqu kienet ilha għaddejja għal dawn l-aħħar erba’ snin, għalkemm ix-xewqa għalih u anki xi ħidma oħra seħħet fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena,…
Stqarrija Pubblika: il-Forti Salvatur fil-Kalkara
Il-Forti Salvatur inkluż Bieb is-Salvatur, li jinsab biswit it-tieni daħla għall-Kalkara, għandu storja kbira u interessanti. Mhux l-istess jista’ jingħad għall-istat diżastruż u ta’ telqa li jinsab fih illum u l-mod ta’ kif qed jintuża. L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara temmen bis-sħiħ li postijiet storiċi bħal dan il-forti għandu jinstabilhom użu alternattiv, mhux biss li jagħmlilhom ġieh,…
Inawgurazzjoni tar-restawr tal-irħama ta’ Ernle Bradford fil-Kalkara
Nhar il-Ħadd 7 ta’ Novemberu, wara ħamsa u tletin sena mill-mewt tal-kittieb u storiku Ernle Bradford, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara inawgurat uffiċjalment ir-restawr fuq irħama kommemorattiva li tfakkar lil dan l-awtur li għex fil-Kalkara stess. Matul l-aħħar xhur, l-istess Assoċjazzjoni saħqet dwar il-bżonn li jsir restawr ta’ din l-irħama li minħabba ż-żmien u l-elementi spiċċat fi…
Il-Proġett ta’ Restawr ta’ Opri tal-Irħam fil-Knisja
Data tal-Proġett: 15 ta’ Lulju 2021 Permezz ta’ fondi miksuba mill-Cottonera Projects and Initiatives Fund tal-Fondazzjoni Kottonera sar restawr intensiv fuq tliet opri tal-irħam li jinsabu fil-Knisja Parrokkjali. Dawn huma: il-battisteru tal-magħmudija xogħol il-marmista Mariano Russo u li kien imqiegħed fil-Knisja l-antika fl-1898, il-fonti tal-ilma mbierek li bħall-battisteru jinsab fl-entratura tal-Knisja, u l-artal maġġur xogħol…
Restawr tal-irħama ta’ Ernle Bradford
Data tal-Proġett: 25 ta’ Awwissu 2021 Ħamsa u tletin sena ilu, eżattament nhar it-8 ta’ Mejju 1986, miet l-istoriku u kittieb Ernle Bradford, li għex parti sew minn ħajtu fil-Kalkara. Fl-istess sena, nhar it-3 ta’ Novembru, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kultura Dr. Alex Sceberras Trigona, kien inawgura irħama kommemorattiva fi Triq Malta Rebbieħa (qabel magħrufha bħala Triq Marina)…
Restawr ta’ Opri tal-Irħam fil-Knisja
Nhar il-Ħamis 15 ta’ Lulju 2021 fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara, l-Onor. Glenn Bedingfield inawgura b’mod uffiċjali proġett ieħor importanti b’risq il-konservazzjoni tal-wirt storiku-reliġjuż tal-Kalkara li l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ħadmet fuqu matul l-aħħar xhur. Permezz ta’ fondi miksuba mill-Cottonera Projects and Initiatives Fund tal-Fondazzjoni Kottonera sar restawr intensiv fuq tliet opri tal-irħam li jinsabu fil-Knisja Parrokkjali. Dawn…
Inawgurazzjoni tal-Proġett tal-Ventartal
Matul il-Quddiesa Solenni li saret fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara nhar it-Tnejn 12 ta’ Lulju 2021, liema quddiesa mmarkat il-ftuħ tal-festa solenni ta’ San Ġużepp, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara inawgurat proġett kbir li l-ħidma fuqu kienet ilha għaddejja għal dawn l-aħħar erba’ snin, għalkemm ix-xewqa għalih u anki ħidma oħra seħħet fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena. Dan il-proġett…
Ħames ismijiet ġodda tat-toroq
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjoni l-ħidma tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara li permezz tagħha matul l-aħħar ġranet il-Kumitat għat-Tismija ta’ Toroq approva ħames ismijiet ġodda għal toroq fil-Kalkara, bl-avviż tagħhom jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern. Dawn huma: Dawret Fra Giovanni Bichi, Triq Malta Rebbieħa, Triq ir-Regatta 1969, Sqaq Ernle Bradford u Sqaq il-Kan. Ġużepp Azzopardi. Din il-ħidma ssegwi…
Restawr ta’ opri tal-irħam
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara matul l-aħħar ġranet nehdiet proġett ieħor importanti b’risq il-konservazzjoni tal-wirt storiku-reliġjuż tal-Kalkara. Permezz ta’ fondi miksuba mill-Cottonera Projects and Initiatives Fund tal-Fondazzjoni Kottonera qed isir restawr intensiv fuq tliet opri tal-irħam li jinsabu fil-Knisja Parrokkjali. Dawn huma: il-battisteru tal-magħmudija xogħol il-marmista Mariano Russo u li kien imqiegħed fil-Knisja l-antika fl-1898 u salvat…