Restawrata l-irħama ta’ Ernle Bradford

Ħamsa u tletin sena ilu, eżattament nhar it-8 ta' Mejju 1986, miet l-istoriku u kittieb Ernle Bradford, li għex parti sew minn ħajtu fil-Kalkara. Fl-istess sena, nhar it-3 ta' Novembru, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kultura Dr. Alex Sceberras Trigona, kien inawgura irħama kommemorattiva fi Triq Malta Rebbieħa (qabel magħrufha bħala Triq Marina) mal-faċċata tad-dar fejn kien jgħix,… Continue reading Restawrata l-irħama ta’ Ernle Bradford

Restawr ta’ Opri tal-Irħam fil-Knisja

Nhar il-Ħamis 15 ta’ Lulju 2021 fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara, l-Onor. Glenn Bedingfield inawgura b’mod uffiċjali proġett ieħor importanti b’risq il-konservazzjoni tal-wirt storiku-reliġjuż tal-Kalkara li l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ħadmet fuqu matul l-aħħar xhur. Permezz ta’ fondi miksuba mill-Cottonera Projects and Initiatives Fund tal-Fondazzjoni Kottonera sar restawr intensiv fuq tliet opri tal-irħam li jinsabu fil-Knisja Parrokkjali. Dawn… Continue reading Restawr ta’ Opri tal-Irħam fil-Knisja

Inawgurazzjoni tal-Proġett tal-Ventartal

Matul il-Quddiesa Solenni li saret fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara nhar it-Tnejn 12 ta' Lulju 2021, liema quddiesa mmarkat il-ftuħ tal-festa solenni ta' San Ġużepp, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara inawgurat proġett kbir li l-ħidma fuqu kienet ilha għaddejja għal dawn l-aħħar erba’ snin, għalkemm ix-xewqa għalih u anki ħidma oħra seħħet fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena. Dan il-proġett… Continue reading Inawgurazzjoni tal-Proġett tal-Ventartal

Ħames ismijiet ġodda tat-toroq

L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjoni l-ħidma tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara li permezz tagħha matul l-aħħar ġranet il-Kumitat għat-Tismija ta’ Toroq approva ħames ismijiet ġodda għal toroq fil-Kalkara, bl-avviż tagħhom jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern. Dawn huma: Dawret Fra Giovanni Bichi, Triq Malta Rebbieħa, Triq ir-Regatta 1969, Sqaq Ernle Bradford u Sqaq il-Kan. Ġużepp Azzopardi. Din il-ħidma ssegwi… Continue reading Ħames ismijiet ġodda tat-toroq

Restawr ta’ opri tal-irħam

L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara matul l-aħħar ġranet nehdiet proġett ieħor importanti b’risq il-konservazzjoni tal-wirt storiku-reliġjuż tal-Kalkara. Permezz ta’ fondi miksuba mill-Cottonera Projects and Initiatives Fund tal-Fondazzjoni Kottonera qed isir restawr intensiv fuq tliet opri tal-irħam li jinsabu fil-Knisja Parrokkjali. Dawn huma: il-battisteru tal-magħmudija xogħol il-marmista Mariano Russo u li kien imqiegħed fil-Knisja l-antika fl-1898 u salvat… Continue reading Restawr ta’ opri tal-irħam