Matul it-Tieni Gwerra Dinjija l-Parroċċa tal-Kalkara kienet l-unika waħda f’pajjiżna li tilfet għal kollox il-vara titulari tagħha dakinhar li ġiet imġarrfa totalment il-Knisja Parrokjali preċedenti nhar l-10 ta’ April 1942. Ftit snin wara din il-ġrajja traġika, Ġużeppa Vella uriet ix-xewqa li tħallas vara ġdida ta’ San Ġużepp bħala wegħda li kienet għamlet fil-gwerra. Il-Kappillan Mons….
Author: Etienne Camilleri
Irħama kommemorattiva għal Dun Spiridione Tabone
Data tal-Proġett: 01 ta’ Novembru 2024 Irħama kommemorattiva għal Dun Spiridione Tabone Dun Spiridione Tabone twieled iż-Żejtun 105 snin ilu fl-1 ta’ Novembru 1919, iżda meta kien għadu tfajjel żgħir il-familja tiegħu ġiet toqgħod il-Kalkara. Huwa kien wieħed mit-tletin saċerdot li ġew ordnati fil-11 ta’ Awwissu 1946. Jibqa’ msemmi fil-Kalkara għat-tqarbin fid-djar tal-morda u għall-assistenza tiegħu…
Restawr ta’ erbatax-il stazzjon tal-Via Sagra fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
Fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara nsibu sett ta’ erbatax-il stazzjon tal-Via Sagra bi kwadri tal-irħam li jdawru l-istess Knisja. Il-pittura tal-istazzjonijiet saret mill-artist Taljan Attilio Palombi u ġiet impittra lejn l-aħħar tas-seklu dsatax. Oriġinarjament dan is-sett kien sar għall-Knisja ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, iżda tneħħa minn hemm meta saret il-Via Sagra tal-bronż, xogħol Pietro Tavani. Il-pittura…
Sett Proċessjonali għall-Festa ta’ San Ġużepp tal-Kalkara
Data tal-Proġett: 15 ta’ Lulju 2024 Matul is-sena 2023 il-Fratellanza ta’ San Ġużepp fi ħdan il-Parroċċa tagħna tal-Kalkara, ċċelebrat il-125 anniversarju mit-twaqqif tagħha, nhar is-6 ta’ April 1898. B’dan il-ħsieb f’moħħha, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara xtaqet li tirregala sett ta’ sitt lanterni proċessjonali li jkunu jistgħu jintużaw b’mod speċjali waqt il-purċissjoni ta’ Corpus Christi kif ukoll mar-relikwija…
Kunsill ġdid għall-Kalkara 2024
Il-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jawgura ħidma sfieqa b’risq il-Kalkara lil dawk il-persuni kollha eletti fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali 2024. Il-Kumitat jifraħ lil Wayne Aquilina għall-ħatra tiegħu bħala Sindku, lil Speranza Chircop għall-ħatra tiegħu bħala Viċi-Sindku u lil Maria Sultana, Vince Bongailas u l-Perit Nadine Micallef bħala Kunsillieri. Il-Kumitat iħoss ukoll li għandu jirringrazzja lil dawk…
Il-Kalkara skont iċ-ċensiment tal-2021 (it-tieni parti)
Kitba estratta mill-pubblikazzjoni ‘Census of Population and Housing 2021 – Volume 2 u Volume 3′ maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Malta Residenzi fil-Kalkara Il-Kalkara tinsab fid-dsatax-il post fost l-irħula u bliet bl-linqas abitazzjonijiet min Malta u Għawdex. Tip ta’ Residenzi Residenzi Prinċipali Residenzi sekondarji, staġjonali u/jew vojta Total Ammont 1,230 (75.4%) 401 (24.6%) 1,631 (100%)…
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali żżid tliet binjiet storiċi oħra Kalkariżi fl-Inventarju Nazzjonali
Nhar is-26 ta’ Diċembru 2023 is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali żiedet 48 sit ġdid bħala parti mill-Inventarju Nazzjonali ta’ Malta, skont Artiklu 7(5)(a) u Artiklu 53 tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (Kap. 445). Nilqgħu bi pjaċir li tlieta minn dawn is-siti jinsabu l-Kalkara, u dan anki wara talba speċifika li l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kienet għamlet f’dawn l-aħħar snin….
Ser tiġi restawrata Villa Portelli fil-Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tilqa’ b’sodisfazzjon kbir l-aħbar li finalment Villa Portelli fil-Kalkara ser tingħata l-attenzjoni mistħoqqha billi jsirilha r-restawr meħtieġ u tingħata użu alternattiv, fosthom dak komunitarju. F’dawn l-aħħar snin l-Assoċjazzjoni semmgħet leħenha bosta drabi dwar din il-binja, fosthom permezz ta’ stqarrijiet u laqgħat ma’ uffiċjali pubbliċi. Inħarsu ‘l quddiem biex naraw dan il-proġett mitmum….
Restawr ta’ żewġ pitturi titulari
Data tal-Proġett: 28 ta’ Ġunju 2023 Il-kwadru titulari ta’ San Ġużepp Il-kwadru titulari mpitter mill-artist Malti rinomat Giuseppe Calì meqjum ġewwa l-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara juri l-patroċinju ta’ San Ġużepp. Din il-pittura kienet iffirmata mill-artist bil-maqlub bħala sinjal ta’ protesta kontra kummissjonijiet mogħtija f’parroċċi oħra lill-artisti barranin għal ħlas aktar baxx. Il-pittura tlestiet fl-1898 għall-prezz ta’…
Il-Kalkara skont iċ-ċensiment tal-2021
Kitba estratta mill-pubblikazzjoni ‘Census of Population and Housing 2021 – Volume 1′ maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Malta Il-popolazzjoni tal-Kalkara matul iż-żminijiet Is-sena 1921 1931 1948 1957 1967 1985 1995 2005 2011 2021 Popolazzjoni 1,698 1,899 2,068 2,101 1,945 2,086 2,833 2,882 2,946 2,740 Iċ-ċensiment tal-2021 In-numru ta’ rġiel li jgħixu l-Kalkara jammonta għall-1,618 fejn…









