Matul l-aħħar ġranet l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ffirmat il-kuntratt li permezz tiegħu matul ix-xhur li ġejjin se tidħol għal proġett taħt Miżura 3 ‘Promotion of the Cultural Heritage’ konfinanzjat minn fondi Ewropej permezz tal-programm LEADER bħala parti mill-Programm ta’ Żvilupp Rurali 2014-2020. Il-proġett għandu l-għan li joħloq ‘heritage trail’ tal-aktar siti importanti fil-Kalkara u hekk joħloq…
Author: wirtilkalkara
Tiġdid il-ġrajja
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara għadha kif ippubblikat il-ktieb ‘Tiġdid il-ġrajja: Dokumentazzjoni tar-restawr tar-rakkmu tal-ventartal prinċipali tal-artal maġġur tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp tal-Kalkara fuq sfond storiku’, kitba u riċerka tal-Kav. Duncan Brincat. Dan il-ktieb ġie ppubblikat bħala parti mill-proġett li l-Assoċjazzjoni wettqet parzjalment iffinanzjat mill-programm LEADER tal-Unjoni Ewropeja. Il-ktieb huwa miktub bil-Malti u bl-Ingliż. Din il-pubblikazzjoni…
Press Release: PA3758/19
Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara is hereby issuing the following Press Release in relation to PA3758/19, aiming to divulge information and facts regarding the permit issued last Friday. Works To demolish existing disused dwelling, excavate and construct 10 garages and a substation at basement level, 4 maisonettes at ground floor level, 12 apartments at first, second and…
L-Erwieħ ta’ Wied Għammieq
Artiklu meħud minn “Leħen is-Sewwa” – Is-Sibt 1 ta’ Novembru, 1975, kitba ta’ Mons. Prof. A. Bonnici Deħlin fix-xahar ta’ Novembru, ix-xahar tal-Mejtin. Xieraq għalhekk, li nidħaddtu fuq xi suġġett li għandu x’jaqsam magħhom. U għażilt l-Erwieħ ta’ Wied Għammieq. Niftakar meta kont tfajjel, kultant ommi kienet tagħmel xi wegħda li tmur tinvisthom, kemm -il…
Reduce your Risk of Covid19 Infection
Species of planted trees in Kalkara
Project Date: 30 November 2019 L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara bl-għajnuna tal-organizzazzjoni volontarja Saġġar, nhar is-Sibt 30 ta’ Novembru 2019 ħadet ħsieb li jitħawlu 75 siġra indiġena Maltija f’inħawi differenti tal-Kalkara. Il-ħidma wara din l-inizjattiva bdiet diversi xhur ilu meta l-Assoċjazzjoni uriet il-ħsieb li jitħawlu siġar f’żoni b’ħamrija li kienu vojta. L-organizzazzjoni Saġġar, li preżentement qegħdha…
Il-villa u l-ġonna fil-bajja tar-Rnella
Il-familja Bichi, fl-imgħoddi sidien ta’ bosta artijiet fil-Kalkara, kienet tikri partijiet mill-art fuq l-għolja tas-Salvatur lil terzi persuni fejn kienu jinbnew djar żgħar bil-ġonna fil-madwar. Nhar it-2 ta’ Novembru 1744, ċertu Carlo Zammit mil-Belt Valletta talab permess biex jirranġa dar antika u jibni tnejn oħra fit-tliet ġonna li hu kellu fi Triq San Salvatore bejn…
Ikompli l-proġett tar-restawr tal-ventartal
Fil-ġranet li għaddew il-Project Leader tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara Duncan Brincat flimkien mall-Kappillan tal-Parroċċa San Ġużepp tal-Kalkara Fr. Brian Gialanzè żaru l-laboratorji tad-ditta Atelier del Restauro biex jaraw x-xogħol tar-restawr u preservazzjoni li qed isir bħalissa l-ventartal irrakmat tal-artal maġġur tal-istess Knisja. Is-Sa. Valentina Lupo, rappreżentanta tal-istess ditta, spjegat l-andament tax-xogħol meħtieġ, il-proċessi li kienu qed…
HMS Hythe
Kitba ta’ Giovanni Navarro F’opportunità li darba kelli biex inżur Hythe Town Hall ġewwa Kent, għall-ħabta ta’ nofsinhar, fil-kamra prinċipali, pjuttost moħbi, kien hemm ritratt żgħir ta’ vapur navali. Ovvjament mort biex nispezzjonah, u għaraft li l-vapur J194 kien sorġut fil-moll tat-Tarzna fil-Port il-Kbir ta’ Malta. Għal raġunijiet ovvji interessajt ħafna ruħi, staqsejt dwaru, iżda…
Jibda’ r-restawr tal-Forti Ricasoli
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li f’dawn l-aħħar xhur bdew ix-xogħlijiet preliminari ta’ restawr fil-Forti Ricasoli. Il-ħidma li saret u qed issir tikkonsisti f’rimi ta’ skart u materjal ieħor mill-Cleansing and Maintenance Division tal-Gvern, kif ukoll tqegħid ta’ scaffolding u bidu ta’ restawr fuq l-istruttura magħrufa bħala casemated battery mid-Direttorat tar-Restawr. L-Assoċjazzjoni ilha għal dawn…