L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon l-intervent li sar mid-Deputat Parlamentari l-Onor. Glenn Bedingfield dwar il-Forti Salvatur u taqbel mal-proposta li qed issir li din il-binja storika fil-Kalkara tintuża b’mod adegwat.
L-Assoċjazzjoni esprimiet ruħha diversi drabi dwar il-Forti Salvatur u l-użu li qed isir preżentement minnu. Hija ssuġeriet użu simili alternattiv fid-dokument li ppreżentat ftit tax-xhur ilu bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika għall-Istrateġija tal-Kottonera.
Nemmnu bis-sħiħ li huwa xieraq li l-Forti Salvatur jerġa’ jingħata lura d-dinjità li jistħoqqlu, billi jsir ir-restawr meħtieġ u jintuża għall-benefiċċju ekonomiku u soċjali tar-residenti tal-akwata.