Fil-kappellun tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara nsibu pittura li turi lill-Madonna ta’ Pompei. Din il-pittura saret fl-1896 mill-pittur rinomat Giuseppe Calì. L-artal tal-knisja preċedenti, li kien maħdum mill-marmista Taljan Mariano Russo, flimkien ma’ din il-pittura, ġew ffinanzjati mill-benefattur Antonio Bezzina. Fortunatament din il-pittura ġiet salvata mill-qerda tat-Tieni Gwerra Dinjija wara li ttieħdet Għawdex flimkien mal-pitturi l-oħra fuq…
Tag: Parroċċa San Ġużepp
Jitlesta r-Restawr fuq il-Pittura tal-Madonna ta’ Pompei fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
Ilbieraħ, ir-restawratriċi Valentina Lupo rritornat lura l-pittura tal-Madonna ta’ Pompeii fil-kappellun tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara, wara li fuqha twettaq xogħol estensiv u tant meħtieġ ta’ restawr. L-intervent kien jinkludi kemm ir-restawr tat-tila u tal-pittura nnifisha, kif ukoll it-tindif tal-gwarniċ tal-injam indurat bid-deheb. Bl-għajnuna tas-Sur Joseph Darmanin, u membri mill-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, din il-pittura reġgħet twaħħlet…

