Nhar it-Tlieta 13 ta’ Novembru rappreżentanza mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellha laqgħa mal-Onor. Glenn Bedingfield fejn matulha ġew preżentati b’mod uffiċjali l-proposti minn naħa tal-Assoċjazzjoni fir-rigward tal-Istrateġija għall-Kottonera. L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara innotat b’sodisfazzjon il-pubblikazzjoni ta’ dan id-dokument ta’ konsultazzjoni maħruġ mill-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera. L-Assoċjazzjoni uriet ukoll l-apprezzament tagħha li din l-istrateġija proposta mhux biss…