Nhar is-27 ta’ Ottubru 1830, il-propjetà li kienet tikkonsisti minn żewġ djar bin-numri 22 u 25 fuq l-għolja tas-Santissimu Salvatur inxtrat mingħand Salvatore Pirotti, bl-ewwel dar għal 1950 skud u l-oħra 1202 skud. Pjanti li kienu saru minn Giuseppe Bonavia u Salvatore Xerri xi snin qabel ma nstabux, iżda mid-deskrizzjoni u l-post li ssemmha fl-Atti…