Rappreżentanza mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara nhar il-Ħamis 27 ta’ Settembru kellha laqgħa informali ma’ Dr. Jeffrey Pullicino Orlando, Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, ġewwa l-uffiċju tal-MCST f’Villa Bighi l-Kalkara. Matul din il-laqgħa l-Kumitat wera l-apprezzament tiegħu għall-proġett Esplora, proġett mill-isbaħ li twettaq mill-MCST u li bidel parti mill-kumpless ta’ Bighi li kienet dilapidata,…
Tag: bighi
Djarju tal-Kalkara fil-Gwerra
Din is-sena (2018) jaħbat is-sitta u sebgħin sena anniversarju mit-tiġrif tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara. Madankollu, ma kienetx biss id-data tal-10 ta’ April 1942 li ġerrħet lil dan ir-raħal fil-Port il-Kbir ta’ Malta. Propju minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu u anki l-imkejjen Brittanniċi li kienu jinsabu ġo fih, kienu bosta dawk l-attakki li saru u li ħallew il-marka…
Sejba ta’ Ħaġar Eġizzjan fil-Kalkara
Nhar is-27 ta’ Ottubru 1830, il-propjetà li kienet tikkonsisti minn żewġ djar bin-numri 22 u 25 fuq l-għolja tas-Santissimu Salvatur inxtrat mingħand Salvatore Pirotti, bl-ewwel dar għal 1950 skud u l-oħra 1202 skud. Pjanti li kienu saru minn Giuseppe Bonavia u Salvatore Xerri xi snin qabel ma nstabux, iżda mid-deskrizzjoni u l-post li ssemmha fl-Atti…