Matul ix-xahar ta’ Ottubru twaqqfet b’mod uffiċjali l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, organizzazzjoni volontarja reġistrata mal-Uffiċċju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji, bl-għan prinċipali li sservi ta’ pjattaforma għal inizjattivi immirati lejn aktar għarfien tar-raħal tal-Kalkara u twettiq ta’ proġetti immirati għall-komunità. Matul dan ix-xahar, membri mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellhom laqgħa ta’ kortesija mal-Onor. Dr. Clifton Grima, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ,…

