L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tibqa’ titkellem u tħeġġeġ biex dan l-ikbar forti ta’ pajjiżna, saħansitra wieħed mill-ikbar fl-Ewropa, jiġi restawrat filwaqt li jinstab użu alternattiv għalih sabiex tingħata lura lilu d-dinjità li verament jixraqlu fid-daħla tal-Port il-Kbir.
Intervista lis-Segretarju Duncan Brincat minn Wayne Aquilina dwar il-Forti Ricasoli matul il-programm Espresso fuq One TV imxandar nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju 2018.