Din is-sena (2018) jaħbat is-sitta u sebgħin sena anniversarju mit-tiġrif tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara. Madankollu, ma kienetx biss id-data tal-10 ta’ April 1942 li ġerrħet lil dan ir-raħal fil-Port il-Kbir ta’ Malta. Propju minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu u anki l-imkejjen Brittanniċi li kienu jinsabu ġo fih, kienu bosta dawk l-attakki li saru u li ħallew il-marka…