Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Mejju rappreżentanza mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara attendiet għal-laqgħa kordjali ta’ introduzzjoni mas-Sindku tal-Kalkara, is-Sinjura Speranza Chircop. Matul din il-laqgħa, li saret ġewwa l-muniċipju tal-lokalità, ġew diskussi diversi temi ta’ interess komuni, fosthom il-Forti Ricasoli, ir-restawr meħtieġ ta’ postijiet storiċi fil-Kalkara u proġetti futuri li l-Assoċjazzjoni daħlet għalihom. Il-President, is-Sur Ivan…