L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tilqa’ b’sodisfazzjon kbir l-aħbar li finalment Villa Portelli fil-Kalkara ser tingħata l-attenzjoni mistħoqqha billi jsirilha r-restawr meħtieġ u tingħata użu alternattiv, fosthom dak komunitarju. F’dawn l-aħħar snin l-Assoċjazzjoni semmgħet leħenha bosta drabi dwar din il-binja, fosthom permezz ta’ stqarrijiet u laqgħat ma’ uffiċjali pubbliċi. Inħarsu ‘l quddiem biex naraw dan il-proġett mitmum.
Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara welcomes the news with great satisfaction that finally Villa Portelli in Kalkara will be given the attention it deserves by carrying out the necessary restoration and giving it an alternative use while providing access to the community. In recent years the Association made its voice heard several times regarding the state of this building, through statements and meetings held with public officials. We look forward to seeing this project completed.