Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Settembru l-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ċċelebra l-ewwel anniversarju mit-twaqqif tal-istess Assoċjazzjoni. Matul laqgħa li ssejjħet apposta, din l-ewwel sena amministrattiva ġiet deskritta bħala waħda li matulha sar bosta xogħol siewi, fejn mhux biss ittieħdu inizjattivi ġodda, iżda wkoll semmajna leħinna fuq bosta aspetti varji fosthom il-Forti Ricasoli. Fil-laqgħa ntqal ukoll…
Aħbarijiet
Laqgħa kordjali mal-Onor. Chris Agius
Nhar l-Erbgħa 12 ta’ Settembru rappreżentanza mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellha laqgħa kordjali mal-Onor. Chris Agius, Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Propjetà fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali. Matul din il-laqgħa ġiet diskussa fit-tul is-sitwazzjoni tal-ħitan kollha li jdawru Villa Portelli, preżentement użataha mill-MCAST bħala l-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport Marittimu. Dawn il-ħitan…
Laqgħa mal-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat
Nhar it-Tnejn 27 ta’ Awwissu rappreżentanza mill-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellha laqgħa kordjali mal-Prim Ministru ta’ Malta Dr. Joseph Muscat fil-Berġa ta’ Kastilja, fejn matulha ġie preżentat ir-rapport li l-istess Assoċjazzjoni ħejjiet dwar il-Forti Ricasoli. Matul din il-laqgħa l-Assoċjazzjoni spjegat il-ħtieġa li jsiru xogħlijiet ta’ emerġenza fil-Forti Ricasoli, speċjalment f’żoni li jinsabu f’periklu kbir minn…
Ippreżentat ir-rapport dwar il-Forti Ricasoli
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li tneħħa l-periklu tal-kontaminazzjoni tal-baħar wara l-Forti Ricasoli fil-Kalkara, liema periklu kien ġie rrappurtat ftit tal-jiem ilu. L-Assoċjazzjoni ġiet infurmata li l-pajp li kien hemm u li kien qed jarmi likwidu iswed issa tneħħa mill-awtoritajiet kompetenti. Dan intqal waqt laqgħa li l-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellu mal-Onorevoli Glenn Bedingfield, li…
Rimi ta’ likwidu maħmuġ taħt il-Forti Ricasoli
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ġiet mgħarrfa bil-video li nxtered fuq il-media soċjali li juri l-isfreġju ambjentali li qed isir b’mod kontinwu u mistur fuq il-kosta ta’ wara tal-Forti Ricasoli għal ġol-baħar tal-madwar. Dan mhux biss jidher li huwa mingħajr il-permessi meħtieġa u għalhekk illegali, iżda huwa ukoll ta’ dannu ambjentali għaż-żona kollha u dawk li jagħmlu…
Awguri liż-żewġ każini tal-Banda
Il-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jieħu l-okkażjoni biex jawgura l-isbaħ xewqat għall-festa liż-żewġ għaqdiet mużikali tal-Kalkara: l-Għaqda Mużikali San Ġużepp u ċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja. L-Assoċjazzjoni trodd ħajr lil dawn iż-żewġ għaqdiet Kalkariżi tal-ħidma kbira li jwettqu matul is-sena kollha, b’mod speċjali fit-tisħiħ tal-kultura f’raħalna. Fir-ritratti jidhru l-President u s-Segretarju tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara…
Forti Ricasoli – Intervent mill-Onor. Glenn Bedingfield fil-Parlament Malti
Waqt Intervent mill-Onor. Glenn Bedingfield fil-Parlament Malti dwar il-bżonn kbir ta’ restawr tal-Forti Ricasoli nhar il-5 ta’ Ġunju 2018, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tissemma’ dwar il-ħidma li qed issir flimkien biex din il-ġawrha tiġi restawrata u tingħata użu adegwat kif jixraqilha. Kull dritt riservat: Parlament ta’ Malta
Laqgħa mas-Sindku tal-Kalkara
Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Mejju rappreżentanza mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara attendiet għal-laqgħa kordjali ta’ introduzzjoni mas-Sindku tal-Kalkara, is-Sinjura Speranza Chircop. Matul din il-laqgħa, li saret ġewwa l-muniċipju tal-lokalità, ġew diskussi diversi temi ta’ interess komuni, fosthom il-Forti Ricasoli, ir-restawr meħtieġ ta’ postijiet storiċi fil-Kalkara u proġetti futuri li l-Assoċjazzjoni daħlet għalihom. Il-President, is-Sur Ivan…
X’inhu l-Forti Ricasoli? X’jista’ jsir? – Espresso fuq One Tv
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tibqa’ titkellem u tħeġġeġ biex dan l-ikbar forti ta’ pajjiżna, saħansitra wieħed mill-ikbar fl-Ewropa, jiġi restawrat filwaqt li jinstab użu alternattiv għalih sabiex tingħata lura lilu d-dinjità li verament jixraqlu fid-daħla tal-Port il-Kbir. Intervista lis-Segretarju Duncan Brincat minn Wayne Aquilina dwar il-Forti Ricasoli matul il-programm Espresso fuq One TV imxandar nhar il-Ġimgħa…
Ftuħ tal-Club-House ta’ Kalkara F.C.
Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kienet mistiedna għas-serata tal-ftuħ uffiċjali tal-Clubhouse tal-Kalkara Football Club fi Triq il-Missjoni Taljana. Matul din l-okkażjoni saru diskorsi mill-President tal-Kalkara Football Club is-Sur Rodney Degiorgio, mill-President tal-Malta Football Association is-Sur Norman Darmanin Demajo, mill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma l-Onor. Joe Mizzi u mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali…