Intervista lis-Segretarju Duncan Brincat u lill-Kaxxiera Josette Deguara mil-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara li saret minn Quinton Scerri u Clara Farrugia dwar il-Forti Ricasoli matul il-programm TVAM fuq TVM imxandar nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Marzu 2019. Kull dritt riservat lil TVM u l-produtturi. [youtube https://www.youtube.com/watch?v=TFo4OXhaOps&w=560&h=315] Ħadna xokk kbir meta rajna l-istat li qegħdha fih il-forti – Josette…
Aħbarijiet
Ritratti antiki tal-Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tixtieq tagħmel appell ġenerali lill-Kalkariżi u fotografi oħra biex min għandu ritratti antiki tal-Kalkara jagħmel kuntatt magħna biex jgħaddilna dawn ir-ritratti biex aħna nkunu nistgħu nagħmlu kopja tagħhom u nerġgħu nirritornawhom lura mill-iktar fis possibli. B’dan l-għan inkunu qed nikkollezzjonaw il-wirt storiku ta’ raħalna, u b’mod diġitali naqsmuhom ma’ kulħadd. Kull min…
Laqgħa Ġenerali Annwali 2019
Nixtiequ ninfurmaw lis-soċji li l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara qed issejjaħ il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha għal nhar l-Erbgħa 23 ta’ Jannar 2019 fis-7.00pm. Il-laqgħa se ssir fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Kalkara (maġenb il-Knisja Parrokkjali). Għal din il-laqgħa jistgħu jitressqu emendi għall-istatut kif ukoll nominazzjonijiet għall-membri tal-Kumitat il-ġdid għal din is-sena, hekk kif jitlob l-Istatut tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara. Is-soċji nominati jrid ikollhom il-menswalità…
Awguri għall-Milied Hieni 2018
Il-President flimkien mall-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jixtiequ jawguraw lis-soċji u lill-Kalkariżi kollha l-isbaħ xewqat għal dawn iż-żminijiet ta’ festi. Inħeġġukom sabiex tagħmlu mezz li f’dawn il-ġranet iżżuru anzjani jew persuni vulnerabbli li jgħixu weħidhom. Grazzi u awguri!
Proposti għal Kalkara aħjar
Matul ix-xahar ta’ Novembru, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ppreżentat dokument ta’ proposti dwar il-Kalkara lill-Onorevoli Glenn Bedingfield bħala parti mis-sejħa li saret għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija tal-Kottonera. L-Assoċjazzjoni, filwaqt li apprezzat li din l-istrateġija proposta mhux biss tinkludi fiha t-tliet ibliet li storikament iffurmaw il-Kottonera iżda ukoll il-Kalkara, saħqet li kien ilu jinħass il-bżonn li din…
Riġenerazzjoni fil-Malta Films Studios
Il-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jilqa’ b’mod pożittiv ir-riġenerazzjoni li qed issir bħalissa mill-Gvern fil-Malta Films Studios fil-Kalkara. Din iż-żona, minbarra li fil-passat intużat bosta drabi biex fiha nħadmu films kbar fid-dinja taċ-ċinema, sarrfet ukoll fl-impjieg ta’ bosta persuni għall-istess għan, kif ukoll iġġenerat introjtu fis-sistema ekonomika tal-pajjiż. Bl-istess għan, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara temmen li…
Strateġija għall-Kottonera: Ippreżentati l-proposti tal-Assoċjazzjoni
Nhar it-Tlieta 13 ta’ Novembru rappreżentanza mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellha laqgħa mal-Onor. Glenn Bedingfield fejn matulha ġew preżentati b’mod uffiċjali l-proposti minn naħa tal-Assoċjazzjoni fir-rigward tal-Istrateġija għall-Kottonera. L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara innotat b’sodisfazzjon il-pubblikazzjoni ta’ dan id-dokument ta’ konsultazzjoni maħruġ mill-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera. L-Assoċjazzjoni uriet ukoll l-apprezzament tagħha li din l-istrateġija proposta mhux biss…
Strateġija għall-Kottonera: Jitħabbar il-proġett tax-Xatt tal-Kalkara
Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Ottubru rappreżentanza mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara attendiet għal-Laqgħa ta’ Konsultazzjoni Pubblika dwar l-Istrateġija għall-Kottonera mtella’ mill-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni għall-Kottonera. Matul din il-laqgħa ġie diskuss fit-tul id-dokument propost mill-Gvern dwar proġetti fiż-żona tal-Kottonera u l-Kalkara, filwaqt li saru diversi interventi mill-pubbliku dwar l-istess strateġija. Sadanittant, matul l-istess laqgħa, l-Onor. Glenn Bedingfield, Koordinatur…
Seabins fil-Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara qed tagħti l-appoġġ tagħha lill-inizjattiva mnehdija mill-NGO #Żibel bl-isem ta’ ‘Seabin for Kalkara’. Din l-inizjattiva hija mmirata bħala ġbir ta’ fondi biex mal-kosta tal-Kalkara, speċjalment madwar ix-xatt, isiru ‘seabins’ biex jinġabar ħmieġ li jakkumula fil-baħar. Fost dan il-ħmieġ insibu ammont kbir ta’ plastik li qed jagħmel ħsara kbira lill-ħlejjaq marittimi. Għal iżjed…
Laqgħa informali ma’ Dr. Jeffrey Pullicino Orlando
Rappreżentanza mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara nhar il-Ħamis 27 ta’ Settembru kellha laqgħa informali ma’ Dr. Jeffrey Pullicino Orlando, Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, ġewwa l-uffiċju tal-MCST f’Villa Bighi l-Kalkara. Matul din il-laqgħa l-Kumitat wera l-apprezzament tiegħu għall-proġett Esplora, proġett mill-isbaħ li twettaq mill-MCST u li bidel parti mill-kumpless ta’ Bighi li kienet dilapidata,…