Aħbarijiet

Heritage Trail fil-Kalkara

Matul dawn l-aħħar xhur l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ħadmet qatiegħ fuq il-proġett tal-'Kalkara Heritage Trail', mixja madwar il-Kalkara fejn f'diversi nħawi storiċi tar-raħal twaħħlu b'mod permanenti 15-il information stand tal-istainless steel b'informazzjoni storika bil-Malti u bl-Ingliż. Kull plakka għandha ukoll QR code li permezz tiegħu tista'  taċċessa iżjed informazzjoni u ritratti dwar kull sit storiku. It-twaħħil… Continue reading Heritage Trail fil-Kalkara

Il-Milied u s-Sena t-tajba

Il-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jixtieq jawgura lil kulħadd il-Milied u s-Sena t-tajba. Ħajr lil kull min tana l-għajnuna fit-twettiq tal-ħidma tagħna matul l-aħħar sena. (Grafika ta' Andre Gatt) The Committee of Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara would like to wish everyone a merry Christmas and a Happy New Year. Special thanks go to all those who supported… Continue reading Il-Milied u s-Sena t-tajba

Laqgħa mal-Ministru Onor. Dr. Josè Herrera

Matul l-aħħar jiem delegazzjoni mill-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara kellha laqgħa mal-Onor. Dr. Josè Herrera, Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Fost it-temi li ġew diskussi nsibu r-restawr u l-manutenzjoni tal-Forti Ricasoli fejn l-Onor. Dr. Herrera mhux biss tkellem dwar l-inizjattivi u l-ħidma li għaddejja bħalissa, iżda sostna l-impenn tiegħu li jinstabu fondi biex… Continue reading Laqgħa mal-Ministru Onor. Dr. Josè Herrera

Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara

  Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara, huwa proġett bl-għan li jiċċelebra l-identità soċjo-kulturali, l-istorja u l-memorja kollettiva tal-Kalkara. Wara proċess ta’ ko-kreazzjoni li ilu għaddej minn Jannar, numru ta’ membri mill-komunità Kalkariża jirrakuntaw l-istejjer u l-esperjenzi tar-raħal waqt li jaqsmu l-ħiliet u s-snajja’ tagħhom bħala parti minn mixja esperjenzali miftuħa għall-pubbliku – b’mod speċjali għall-familji… Continue reading Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara

Restawr tal-Forti Ricasoli

L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjoni il-ħidma kbira ta’ restawr li għaddejja matul din is-sena fuq diversi binjiet li jiffurmaw parti mill-Forti Ricasoli. Kienet l-istess Assoċjazzjoni li fl-2018 bdiet kampanja ta’ informazzjoni u għarfien dwar il-ħtieġa li jsir restawr komprensiv fuq dan l-ikbar forti fl-Ewropa. L-Assoċjazzjoni ħadet ħsieb li tħejji rapport tad-diversi ħsarat li jeżistu u… Continue reading Restawr tal-Forti Ricasoli