L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tilqa’ b’sodisfazzjon kbir l-aħbar li finalment Villa Portelli fil-Kalkara ser tingħata l-attenzjoni mistħoqqha billi jsirilha r-restawr meħtieġ u tingħata użu alternattiv, fosthom dak komunitarju. F’dawn l-aħħar snin l-Assoċjazzjoni semmgħet leħenha bosta drabi dwar din il-binja, fosthom permezz ta’ stqarrijiet u laqgħat ma’ uffiċjali pubbliċi. Inħarsu ‘l quddiem biex naraw dan il-proġett mitmum….
Aħbarijiet
Press Release: PC/00070/22
PC/00070/22 – Proposed shifting of front garden and building alignment, at Triq it-Turretta c/w Triq Patri Mattew Sultana, Kalkara. The developer is seeking to achieve a planning control permit, in order to further increase the developable envelope on site, thus reducing the rural conservation area. Hence, if this application is approved, this will result in…
Stqarrija Pubblika: il-Forti Salvatur fil-Kalkara
Il-Forti Salvatur inkluż Bieb is-Salvatur, li jinsab biswit it-tieni daħla għall-Kalkara, għandu storja kbira u interessanti. Mhux l-istess jista’ jingħad għall-istat diżastruż u ta’ telqa li jinsab fih illum u l-mod ta’ kif qed jintuża. L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara temmen bis-sħiħ li postijiet storiċi bħal dan il-forti għandu jinstabilhom użu alternattiv, mhux biss li jagħmlilhom ġieh,…
Inawgurazzjoni tar-restawr tal-irħama ta’ Ernle Bradford fil-Kalkara
Nhar il-Ħadd 7 ta’ Novemberu, wara ħamsa u tletin sena mill-mewt tal-kittieb u storiku Ernle Bradford, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara inawgurat uffiċjalment ir-restawr fuq irħama kommemorattiva li tfakkar lil dan l-awtur li għex fil-Kalkara stess. Matul l-aħħar xhur, l-istess Assoċjazzjoni saħqet dwar il-bżonn li jsir restawr ta’ din l-irħama li minħabba ż-żmien u l-elementi spiċċat fi…
Restawr ta’ Opri tal-Irħam fil-Knisja
Nhar il-Ħamis 15 ta’ Lulju 2021 fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara, l-Onor. Glenn Bedingfield inawgura b’mod uffiċjali proġett ieħor importanti b’risq il-konservazzjoni tal-wirt storiku-reliġjuż tal-Kalkara li l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ħadmet fuqu matul l-aħħar xhur. Permezz ta’ fondi miksuba mill-Cottonera Projects and Initiatives Fund tal-Fondazzjoni Kottonera sar restawr intensiv fuq tliet opri tal-irħam li jinsabu fil-Knisja Parrokkjali. Dawn…
Inawgurazzjoni tal-Proġett tal-Ventartal
Matul il-Quddiesa Solenni li saret fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara nhar it-Tnejn 12 ta’ Lulju 2021, liema quddiesa mmarkat il-ftuħ tal-festa solenni ta’ San Ġużepp, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara inawgurat proġett kbir li l-ħidma fuqu kienet ilha għaddejja għal dawn l-aħħar erba’ snin, għalkemm ix-xewqa għalih u anki ħidma oħra seħħet fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena. Dan il-proġett…
Ħames ismijiet ġodda tat-toroq
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjoni l-ħidma tal-Kunsill Lokali tal-Kalkara li permezz tagħha matul l-aħħar ġranet il-Kumitat għat-Tismija ta’ Toroq approva ħames ismijiet ġodda għal toroq fil-Kalkara, bl-avviż tagħhom jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern. Dawn huma: Dawret Fra Giovanni Bichi, Triq Malta Rebbieħa, Triq ir-Regatta 1969, Sqaq Ernle Bradford u Sqaq il-Kan. Ġużepp Azzopardi. Din il-ħidma ssegwi…
Restawr ta’ opri tal-irħam
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara matul l-aħħar ġranet nehdiet proġett ieħor importanti b’risq il-konservazzjoni tal-wirt storiku-reliġjuż tal-Kalkara. Permezz ta’ fondi miksuba mill-Cottonera Projects and Initiatives Fund tal-Fondazzjoni Kottonera qed isir restawr intensiv fuq tliet opri tal-irħam li jinsabu fil-Knisja Parrokkjali. Dawn huma: il-battisteru tal-magħmudija xogħol il-marmista Mariano Russo u li kien imqiegħed fil-Knisja l-antika fl-1898 u salvat…
Inawgurazzjoni ta’ Heritage Trail u Mappa Turistika tal-Kalkara
Il-proġett tal-Heritage Trail fil-Kalkara ġie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji, Clifton Grima flimkien mall-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara. Dan il-proġett jikkonsisti fi 15-il stand tal-istainless steel imwaħħla f’siti importanti fil-Kalkara, u b’informazzjoni mnaqqxa fuqhom bil-Malti u bl-Ingliż, kif ukoll kodiċi QR li jwassal lill-utent għal ritratti…
Heritage Trail fil-Kalkara
Matul dawn l-aħħar xhur l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ħadmet qatiegħ fuq il-proġett tal-‘Kalkara Heritage Trail’, mixja madwar il-Kalkara fejn f’diversi nħawi storiċi tar-raħal twaħħlu b’mod permanenti 15-il information stand tal-istainless steel b’informazzjoni storika bil-Malti u bl-Ingliż. Kull plakka għandha ukoll QR code li permezz tiegħu tista’ taċċessa iżjed informazzjoni u ritratti dwar kull sit storiku. It-twaħħil…