Il-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jawgura ħidma sfieqa b’risq il-Kalkara lil dawk il-persuni kollha eletti fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali 2019. Il-Kumitat jifraħ lil Wayne Aquilina għall-ħatra tiegħu bħala Sindku, lil Vince Bongailas għall-ħatra tiegħu bħala Viċi-Sindku u lil Christopher Bruno, Speranza Chircop u Maria Sultana bħala Kunsillieri.
Il-Kumitat iħoss ukoll li għandu jirringrazzja lil dawk il-kandidati l-oħra li tefgħu n-nomina tagħhom iżda ma ġewx eletti. Flimkien, bħala raħal magħqud, inkomplu naħdmu għall-ġid tal-lokalità li tant inħobbu.
Grazzi tal kumment inhoss li ghalkhemm ma gejtx elett u ghadni gdid ghal hafna nies nixtieq li forsi meta tkunu komdi niltaqa ftit maghkhom lghan tieghi huwa wiehed li nghin sa fejn nista grazzi.
Bil-qalb kollha Stephen. Tista jekk jogħġbok tibgħat email fuq wirtilkalkara@gmail.com bid-dettalji tiegħek biex nagħmlu kuntatt fil-jiem li ġejjin?