Data tal-Proġett: 01 ta’ Novembru 2024
Irħama kommemorattiva għal Dun Spiridione Tabone
Dun Spiridione Tabone twieled iż-Żejtun 105 snin ilu fl-1 ta’ Novembru 1919, iżda meta kien għadu tfajjel żgħir il-familja tiegħu ġiet toqgħod il-Kalkara. Huwa kien wieħed mit-tletin saċerdot li ġew ordnati fil-11 ta’ Awwissu 1946. Jibqa’ msemmi fil-Kalkara għat-tqarbin fid-djar tal-morda u għall-assistenza tiegħu mal-moribondi. Kien jaħdem b’żelu kbir fil-pastorali tal-Parroċċa speċjalment fil-qrar. L-aktar ġrajja li baqgħet tiġri miegħu kienet meta mar l-Awstralja u kien kważi tilef ħajtu f’Marzu 1958, għaliex il-bastiment li kien fuqu għereq. Huwa miet fis-16 ta’ Lulju 2016.
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara fakkret lil dan is-Saċerdot Kalkariż b’Quddiesa nhar il-Ħamis 31 ta’ Ottubru 2024 fis-6pm fil-Knisja Parrokjali ta San Ġużepp, il-Kalkara u inawgurat rħama kommemorattiva fi Triq Santa Filumena mal-faċċata tad-dar fejn huwa għex l-aħħar snin ta’ ħajtu fil-Kalkara.
Project Date: 01 November 2024
Commemorative marble plaque for Fr. Spiridione Tabone
Fr. Spiridione Tabone was born in Żejtun 105 years ago on 1 November 1919. When he was still a young boy, his family relocated to Kalkara. He was one of thirty priests ordained on August 11, 1946. He is still renowned in Kalkara for administering communion to the sick in their homes and assisting the dying. He worked passionately in the pastoral activities of the Parish, especially in confession. The most well-known account about him is from March 1958, when he travelled to Australia but almost lost his life when the ship he was on sank. He died on 16 July 2016.
Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara commemorated this priest from Kalkara with a Mass on Thursday, 31 October 2024, at 6 pm in the Parish Church of Saint Joseph in Kalkara and inaugurated a commemorative marble plaque in Triq Santa Filumena, affixed to the facade of the house where he lived the last years of his life.