Il-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jinnota b’sodisfazzjon il-proċess tar-restawr li qed isir fil-bottega ta’ Atelier Del Restauro taħt is-superviżjoni tar-restawratriċi Valentina Lupo, fuq il-pittura tal-Madonna ta’ Pompei li tinsab fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara.
Dan ix-xogħol qed isir b’attenzjoni kbira peress li instab ammont sinifikanti ta’ ħsarat fuq din il-pittura. Il-proċess jinkludi t-tindif tal-wiċċ tal-pittura biex jitneħħa t-trab u l-ħmieġ kif ukoll xemgħa li akkumula matul is-snin inkluż il-verniċ li kien qed isewwed sew din il-pittura. It-tindif mekkaniku meħtieġ tal-irqajja fuq it-tila għandu jsir waqt il-konsolidazzjoni tal-livelli kollha u l-istirar tat-tila sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-pittura. Wara li jiġu solvuti l-problemi fiżiċi kollha tal-pittura, isiru l-irqajja ġodda tal-partijiet nieqsa. It-tila tal-pittura tiġi rilinjata biex jiġi evitat aktar ħsara u fl-aħħar, isir l-irtokk biex jiġu restawrati l-kuluri oriġinali u l-estetika tal-pittura.
The Restoration Process on the painting of Our Lady of Pompei at the Kalkara Parish Church
The Committee of Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara notes with satisfaction the process of restoration being carried out at Atelier Del Restauro under the supervission of restorer Valentina Lupo on the painting of Our Lady of Pompei located in the Kalkara Parish Church.
This restoration is being performed with great care because an amount of significant damage was noted on the painting. The process includes cleaning the surface of the paintings to remove dust, dirt and candle wax accumulated over the years and removing also the existent varnish are presently obscuring the overall appearance of the painting. The necessary infills mechanical cleaning on the canvas shall be done while consolidation of all layers and canvas support shall ensure the stability of the painting. After resolving all the physical issues of the painting, infilling of the losses will be carried. The canvas of the paintings is going to be relined to prevent further damage and finally, retouching will be carried out to restore the original colors and aesthetics of the paintings.





