Il-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jieħu l-okkażjoni biex jawgura l-isbaħ xewqat għall-festa lill-poplu kollu tal-Kalkara. Tislima speċjali lil dawk morda jew li ma jistgħux igawdu l-festa, kif ukoll lill-emigranti kollha Kalkariżi.
L-Assoċjazzjoni tħoss il-bżonn li tirringrazzja tal-ħidma kbira li l-Parroċċa tal-Kalkara, l-Għaqda Mużikali San Ġużepp u ċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja jwettqu matul is-sena kollha biex tkun tista’ ssir festa hekk kbira ġewwa wieħed mill-iżgħar irħula ta’ Malta. Radd il-ħajr ukoll lil kull voluntier li jaħdem b’mod jew ieħor għal din il-festa lil San Ġużepp. Grazzi li b’għemilkom qed tkunu parteċipi fit-tisħiħ tal-kultura f’raħalna.
Viva San Ġużepp! Viva l-Kalkara!
Nawguralkom il-festa t-tajba jien ukoll.