Il-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jieħu l-okkażjoni biex jawgura l-isbaħ xewqat għall-festa liż-żewġ għaqdiet mużikali tal-Kalkara: l-Għaqda Mużikali San Ġużepp u ċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja. L-Assoċjazzjoni trodd ħajr lil dawn iż-żewġ għaqdiet Kalkariżi tal-ħidma kbira li jwettqu matul is-sena kollha, b’mod speċjali fit-tisħiħ tal-kultura f’raħalna. Fir-ritratti jidhru l-President u s-Segretarju tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara flimkien mal-President u s-Segretarju taż-żewġ każini rispettivi matul iż-żewġ riċevimenti li kienet mistiedna għalihom l-Assoċjazzjoni.