Grupp ta’ residenti mill-Kalkara, qed jiġbru l-flus biex jiftħu kawża legali kontra it-tibdil minn żona ta’ konservazzjoni rurali għal dik residenzjali, li tippromwovi iżjed bini residenzjali minn dak indikat mill-pjani lokali. Dan jipperikola wkoll wirt storiku u protett bħar-raddi tar-roti (cart ruts). Sabiex inkunu nistgħu niddefendu l-kwalità tal-ħajja tagħna, qed nimmiraw li niġbru s-somma ta’…
Author: Etienne Camilleri
Nofs l-istazzjonijiet tal-Via Sagra tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara lura f’posthom
Ftit jiem qabel il-Milied tal-2024, ir-restawratriċi Semira Bugeja rritornat lura mir-restawr l-ewwel nofs tal-istazzjonijiet tal-Via Sagra fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara wara li sar fuqhom xogħol estensiv u tant bżonnjuż ta’ restaw kemm fuq it-tila u l-pittura nnifisa kif ukoll ġie rrifreskat mill-ġdid id-deheb fuq il-bsaten tal-bordura. Flimkien ma’ membri mill-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, bl-għajnuna tas-Sur Joseph…
Xogħol ta’ restawr fuq is-swar tal-kumpless Bighi fil-Kalkara
L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tinnota b’sodisfazzjon li matul din il-ġimgħa ttellgħet konferenza stampa fejn ġie mħabbar li Xjenza Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta, qed tniehdi xogħlijiet ta’ konsolidazzjoni fl-irdum u s-swar li jiffurmaw il-peniżola ta’ Bighi. L-għan prinċipali ta’ dan il-proġett huwa sabiex tiġi ndirizzata l-instabbiltà fil-blat li jifforma l-pedament għall-kumpless Esplora, iċ-Ċentru tax-Xjenza, l-uffiċji ta’…
Il-Proċess tar-Restawr fuq nofs l-istazzjonijiet tal-Via Sagra tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
F’dawn il-jiem membri mill-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara żaru l-bottega ta’ Restawr Arti fejn għaddej ġmielu l-proċess ta’ restawr fuq nofs il-pitturi tal-istazzjonijiet tal-Via Sagra li jinsabu fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara. Din ix-xogħol qed isir b’attenzjoni kbira taħt is-superviżjoni tar-restawratriċi Semira Bugeja. Il-proċess jinkludi t-tindif tal-wiċċ tal-pittura biex jitneħħa t-trab u l-ħmieġ li akkumula matul is-snin. Sar…
Ir-Restawr tal-Vara Titulari ta’ San Ġużepp
Matul it-Tieni Gwerra Dinjija l-Parroċċa tal-Kalkara kienet l-unika waħda f’pajjiżna li tilfet għal kollox il-vara titulari tagħha dakinhar li ġiet imġarrfa totalment il-Knisja Parrokjali preċedenti nhar l-10 ta’ April 1942. Ftit snin wara din il-ġrajja traġika, Ġużeppa Vella uriet ix-xewqa li tħallas vara ġdida ta’ San Ġużepp bħala wegħda li kienet għamlet fil-gwerra. Il-Kappillan Mons….
Irħama kommemorattiva għal Dun Spiridione Tabone
Data tal-Proġett: 01 ta’ Novembru 2024 Irħama kommemorattiva għal Dun Spiridione Tabone Dun Spiridione Tabone twieled iż-Żejtun 105 snin ilu fl-1 ta’ Novembru 1919, iżda meta kien għadu tfajjel żgħir il-familja tiegħu ġiet toqgħod il-Kalkara. Huwa kien wieħed mit-tletin saċerdot li ġew ordnati fil-11 ta’ Awwissu 1946. Jibqa’ msemmi fil-Kalkara għat-tqarbin fid-djar tal-morda u għall-assistenza tiegħu…
Restawr ta’ erbatax-il stazzjon tal-Via Sagra fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
Fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara nsibu sett ta’ erbatax-il stazzjon tal-Via Sagra bi kwadri tal-irħam li jdawru l-istess Knisja. Il-pittura tal-istazzjonijiet saret mill-artist Taljan Attilio Palombi u ġiet impittra lejn l-aħħar tas-seklu dsatax. Oriġinarjament dan is-sett kien sar għall-Knisja ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, iżda tneħħa minn hemm meta saret il-Via Sagra tal-bronż, xogħol Pietro Tavani. Il-pittura…
Sett Proċessjonali għall-Festa ta’ San Ġużepp tal-Kalkara
Data tal-Proġett: 15 ta’ Lulju 2024 Matul is-sena 2023 il-Fratellanza ta’ San Ġużepp fi ħdan il-Parroċċa tagħna tal-Kalkara, ċċelebrat il-125 anniversarju mit-twaqqif tagħha, nhar is-6 ta’ April 1898. B’dan il-ħsieb f’moħħha, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara xtaqet li tirregala sett ta’ sitt lanterni proċessjonali li jkunu jistgħu jintużaw b’mod speċjali waqt il-purċissjoni ta’ Corpus Christi kif ukoll mar-relikwija…
Kunsill ġdid għall-Kalkara 2024
Il-Kumitat tad-Direzzjoni tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jawgura ħidma sfieqa b’risq il-Kalkara lil dawk il-persuni kollha eletti fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali 2024. Il-Kumitat jifraħ lil Wayne Aquilina għall-ħatra tiegħu bħala Sindku, lil Speranza Chircop għall-ħatra tiegħu bħala Viċi-Sindku u lil Maria Sultana, Vince Bongailas u l-Perit Nadine Micallef bħala Kunsillieri. Il-Kumitat iħoss ukoll li għandu jirringrazzja lil dawk…
Il-Kalkara skont iċ-ċensiment tal-2021 (it-tieni parti)
Kitba estratta mill-pubblikazzjoni ‘Census of Population and Housing 2021 – Volume 2 u Volume 3′ maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Malta Residenzi fil-Kalkara Il-Kalkara tinsab fid-dsatax-il post fost l-irħula u bliet bl-linqas abitazzjonijiet min Malta u Għawdex. Tip ta’ Residenzi Residenzi Prinċipali Residenzi sekondarji, staġjonali u/jew vojta Total Ammont 1,230 (75.4%) 401 (24.6%) 1,631 (100%)…