Ilbieraħ, ir-restawratriċi Valentina Lupo rritornat lura l-pittura tal-Madonna ta’ Pompeii fil-kappellun tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara, wara li fuqha twettaq xogħol estensiv u tant meħtieġ ta’ restawr. L-intervent kien jinkludi kemm ir-restawr tat-tila u tal-pittura nnifisha, kif ukoll it-tindif tal-gwarniċ tal-injam indurat bid-deheb. Bl-għajnuna tas-Sur Joseph Darmanin, u membri mill-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, din il-pittura reġgħet twaħħlet…
Author: Etienne Camilleri
Il-Forti Salvatur: Pass Deċiżiv għall-Ħarsien Tiegħu
Stqarrija għall-Istampa mill-Assoċjazzjoni Wirt il-KalkaraData: 17.01.2026 L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara tilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li ngħatat ilbieraħ mill-Prim Ministru Robert Abela dwar l-intenzjoni tal-Gvern li jerġa’ jassumi l-kontroll tal-Forti Salvatur fil-Kalkara u jagħtih lura restawrat kif xieraq lill-poplu Malti. Huwa qal li din kienet tweġiba diretta għall-karba favur din il-fortizza li seħħet fl-aħħar ġranet. Din id-dikjarazzjoni tirrappreżenta…
Il-Forti Salvatur fil-Kalkara: Wirt Nazzjonali fix-Xifer tal-Qerda
Stqarrija għall-Istampa mill-Assoċjazzjoni Wirt il-KalkaraData: 14.01.2026 L-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara qed terġa’ ġġedded l-appell urġenti tagħha biex jittieħdu passi deċiżivi ħalli jiġi mħares il-Forti Salvatur fil-Kalkara, binja importanti mill-wirt storiku Malti li bħalissa qed taffaċja deterjorazzjoni u qerda kontinwa. Filwaqt li nirrikonoxxu li l-forti jinsab mixtri mill-privat, l-istat attwali tiegħu jitlob intervent immedjat u kkoordinat mill-Gvern…
Il-Proċess tar-Restawr fuq il-Pittura tal-Madonna ta’ Pompei fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
Il-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara jinnota b’sodisfazzjon il-proċess tar-restawr li qed isir fil-bottega ta’ Atelier Del Restauro taħt is-superviżjoni tar-restawratriċi Valentina Lupo, fuq il-pittura tal-Madonna ta’ Pompei li tinsab fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara. Dan ix-xogħol qed isir b’attenzjoni kbira peress li instab ammont sinifikanti ta’ ħsarat fuq din il-pittura. Il-proċess jinkludi t-tindif tal-wiċċ tal-pittura biex jitneħħa t-trab…
Restawr tal-Pittura tal-Madonna ta’ Pompei fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
Fil-kappellun tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara nsibu pittura li turi lill-Madonna ta’ Pompei. Din il-pittura saret fl-1896 mill-pittur rinomat Giuseppe Calì. L-artal tal-knisja preċedenti, li kien maħdum mill-marmista Taljan Mariano Russo, flimkien ma’ din il-pittura, ġew ffinanzjati mill-benefattur Antonio Bezzina. Fortunatament din il-pittura ġiet salvata mill-qerda tat-Tieni Gwerra Dinjija wara li ttieħdet Għawdex flimkien mal-pitturi l-oħra fuq…
Titjib Edukattiv fil-Kunvent tal-Kapuċċini tal-Kalkara
Matul din is-sena, bl-għajnuna tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, il-Patrijiet Kapuċċini tal-Kalkara implimentaw proġett edukattiv fil-klassijiet tal-katekiżmu fil-kumpless tal-Kunvent tal-Kapuċċini tal-Kalkara. Sabiex jiġu implimentati metodi ta’ tagħlim aktar interattivi, ġew installati monitors f’ħames klassijiet tal-katekiżmu. Dawn jinkludu aċċessorji bħall-HDMI cables u brackets biex jitwaħħlu mal-ħajt u dan sabiex ikun jista isir użu minn filmati interattivi. Dan il-metodu…
Ir-restawr ta’ erbatax-il stazzjon tal-Via Sagra fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara
Fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara nsibu sett ta’ erbatax-il stazzjon tal-Via Sagra bi kwadri tal-irħam li jdawru l-istess Knisja. Il-pittura tal-istazzjonijiet saret mill-artist Taljan Attilio Palombi u ġiet impittra lejn l-aħħar tas-seklu dsatax. Oriġinarjament dan is-sett kien sar għall-Knisja ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, iżda tneħħa minn hemm meta saret il-Via Sagra tal-bronż, xogħol Pietro Tavani. Il-pittura…
It-tieni nofs tal-istazzjonijiet tal-Via Sagra tal-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara lura f’posthom
Il-bieraħ, ir-restawratriċi Semira Bugeja rritornat lura mir-restawr it-tieni nofs tal-istazzjonijiet tal-Via Sagra fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara wara li sar fuqhom xogħol estensiv u tant bżonnjuż ta’ restaw kemm fuq it-tila u l-pittura nnifisha kif ukoll ġie rrifreskat mill-ġdid id-deheb fuq il-bsaten tal-bordura. Flimkien ma’ membri mill-Kumitat tal-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, bl-għajnuna tas-Sur Joseph Darmanin, dawn reġgħu twaħħlu…
Growing up in post-WWII Kalkara
Extract by Manuel Casha I was born at the very end of World War II, when Malta was starting its healing from the huge destruction the war had inflicted upon it. I was born in Birgu where my faded early impressions are of buildings, broken houses, and bomb craters which could be as deep as…
GĦANDNA BŻONNOK!
Grupp ta’ residenti mill-Kalkara, qed jiġbru l-flus biex jiftħu kawża legali kontra it-tibdil minn żona ta’ konservazzjoni rurali għal dik residenzjali, li tippromwovi iżjed bini residenzjali minn dak indikat mill-pjani lokali. Dan jipperikola wkoll wirt storiku u protett bħar-raddi tar-roti (cart ruts). Sabiex inkunu nistgħu niddefendu l-kwalità tal-ħajja tagħna, qed nimmiraw li niġbru s-somma ta’…








